1. It-Tnejn 19 ta` Mejju, fis-7.00pm, il-laqgħa tal-Ushers, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
2. It-Tlieta 20 ta` Mejju, fis-7.00pm il-laqgħa l-O.F.S. minn Pauline Darmanin “Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom Jien”, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd jista` jattendi.

3. L-Erbgħa 21 ta` Mejju, it-Tieni Erbgħa ta` Tħejjija għall-Festa tal-Madonna.
Fis-6.00pm in-Novena tal-Madonna, u fis-6.30pm il-Quddiesa bil-priedka
minn P. Frank Cini M.S.S.P..
Mistiedna għall-Quddiesa r-residenti li joqgħdu fit-Toroq Tonna, Beresford, Manwel Dimech u Rudolfu.

4. Il-Ħamis 22 ta` Mejju, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-6.30pm, Lectio Divina.

5. Il-Lions Club se jorganizzaw Bazaar b’risq Villa Bianca fil-Każin Banda Sliema bejn it-23 u l-25 ta` Mejju mid-9.00am sal-5.00pm.

6. Is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta` Mejju ssir l-ewwel Ġabra Speċjali b’risq il-Festa tal-Madonna li se niċċelebraw fl-Ewwel Ħadd ta` Lulju.
Napprezzaw il-ġenerożita` tagħkom.

7. It-Tlieta 27 ta` Mejju se mmorru Pellegrinaġġ għall-Festa tal-Madonna tas-Sokkors, il-Ħamrun. Nitilqu mis-Savoy Bus Stop fil-5.15pm.
Booking €10 mingħand Margaret Cini jew Marianne Bonaci.

8. Infakkru lil dawk li jixtiequ jissieħbu fil-Konfraternita` tal-Madonna nhar l-Erbgħa 28 ta` Mejju fil-Quddiesa tas-6.30pm biex ikellmu lil Joe Debono jew lil Marianne Bonaci.

Il-membri tal-Konfraternita` mħeġġa jħallsu d-donazzjoni annwali ta` €5.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema