1. Il-Ġabra għad-Dar tal-Providenza : Kienet €760. Nirringrazzjawkom.

Nhar it-Tlieta u l-Erbgħa kienet esperjenza pożittiva ħafna għal min attenda.
Grazzi lil David u Angela Pace O’Shea li ħadu l-inizzjattiva u lil Fr Stephen li għenhom.
3. Din is-sena ma’ kellniex is-Siġra tal-Milied :
Pero’ grazzi lil Caritas li pprovdew prodotti tal-ikel, ibbenefikaw 10 familji mill-Parroċċa tagħna.
4. Kors ta’ Kana mmexxi minn Francis u Anne Cuschieri :
Jibda l-Ħamis 7 ta’ Jannar 2021 fis-7.30pm. Se jsir ‘online’. Nitolbu għal Koppji li ser jattendu.
5. Il-Ġimgħa 8 ta’ Jannar : Fil-Knisja Franġiskana tagħna tar-Rabat se jagħtu bidu għal Postulandat 3 Kandidati; li huma Christopher Bilocca (mill-Parroċċa ta’ San Bastjan Ħal Qormi), Andre’ Cassar (mill-Parroċċa tal-Iklin) u Darren Abela (mill-Parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun). Naddottawhom fit-talb tagħna.
6. Seminar għall-Membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali : Organizzat mill-Unita’ ta’ tas-Sliema se jsir is-Sibt 16 ta’ Jannar 2021 fil-Knisja ta’ Stella Maris.
9.30am Quddiesa. 10.00am Taħdita minn Fr Stefan Attard.
7. Nirringrazzja lill-Mulej u lil Ommna Marija :
Li ommi ħarġet mill-isptar wara jiem kritiku li kienet tinsab fih. Grazzi kbira lil dawk kollha li talbu għalina.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments