IL-FESTA SOLENNI TAŻ-ŻEWĠ KOLONNI

Tista’ tgħid li f’kull Bażilika, madwar id-dinja, fuq il-presbiterju nsibu żewġ kolonni li qed iżommu l-piż tal-koppla fuqhom. Allura dawn huma l-pedament li fuqhom hija mibnija l-knisja jew il-Bażilika. Jekk tiġġarraf waħda minn dawn il-kolonni hemm il-periklu li tiġġarraf il-binja kollha.     Interessanti li dawn iż-żewġ kolonni huma magħrufin bħala San Pietru u l-oħra San Pawl. Hekkhu, għax fuq dawn iż-żewġ Appostli kbar hija mwaqqfa l-Knisja ta’ Kristu. U mhux kumbinazzjoni li l-Festa ta’ dawn iż-żewġ qaddisin hija ċċelebratha fl-istess jum.

F’dan il-jum nonoraw il-martirju ta’ dawn iż-żewġ persuni li ġew maqtula bejn is-snin 64 u 68 AD. Għalkemm il-Knisja taf li mhux bilfors li mietu flimkien, it-Tradizzjoni tgħid li f’dan il-jum, Pietru u Pawlu mietu martri f’Ruma fi’ żmien l-Imperatur Neruni. Dan il-Jum huwa wieħed ta’ Solennita kbira.

Dan l-unur huwa riservat għal ċerti festi  tal-ġrajjiet fil-ħajja ta’ Ġesu u Marija biss. Dan jurina kemm huma miżmuma b’qima dawn iż-żewġ Qaddisin fil-Knisja, u fil-Fidi Kattolika.

Dan il-Jum huwa fid-29 ta’ Ġunju, u li hu ċċelebrat madwar id-dinja kollha kattolika. Ġewwa Ruma dal Jum tkun vaganza. Ikunu magħluqin l-iskejjel, il-banek, l-ħwienet u wkoll il-Vatikan, waqt li jkun hemm ċelebrazzjonijiet, kemm sekulari u kemm reliġjużi. Nhar il-festa il-Papa jqaddes u jagħti , dak li jgħidulu il-‘pallium’, speċi ta’ terħa, li tintilbes fuq l-ispallejn, lill-Arċisqfijiet li kienu appuntati matul is-sena.

Dik l-istatwa magħrufa u popolari tal-bronż, ta’ San Pietru, ilibbsuha paramenti sagri u rikki, qiesu sejjer iqaddes, flimkien ma’ ċurkett f’subajgħ Dan kollu jsir waqt l-isparar tan-nar. Min ikun Ruma dakinhar jista’ jara tapit tal-fjuri li jibda minn Pjazza San Pietru u jibqa’ nieżel sat-triq magħrufa bħala ‘Via delle Conciliazione’, sax-xmara Tiber (Tevere). Fil-għaxija jkun hemm logħob tan-nar fil-Pjazza del Popolo.

Meta l- Imperatur Kostantinu sar nisrani, iddeċieda li jibni knisja ad unur ta’ San Pietru, fuq il-qabar tiegħu. Kulħadd jaf li din il-knisja hija San Pietru, fil-belt tal-Vatikan. San Pawl kien responsabbli għal ħafna materjal fir-Rabta l-Ġdida tal-Iskrittura. Għalkemm qatt ma ltaqa’ ma’ Kristu, huwa magħruf kemm xerred il-Kelma t’Alla fost il-ġnus.

Mis-27 Ktieb tar-Rabta l-Ġdida, tlettax minnhom huma attribwiti lil San Pawl. Skond it-Tradizzjoni, meta qatgħulu rasu, ir-ras ta’ Pawlu qabżet tliet darbiet, fejn illum nistgħu naraw tlett funtani, b’ilma ġiri, tajjeb għa-xorb.

Tony Mahoney ofs