1. Ħinijiet ġodda tal-Quddies minn dan il-Weekend :
• Is-Sibt : 7.00am, 9.00am, 5.00pm u 6.30pm.
• Il-Ħadd : 7.00am (7.45am Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum), 8.00am, 9.30am, 11.00am u 6.30pm.
• Mit-Tnejn sal-Ġimgħa : 7.00am, 9.00am u 6.30pm.
2. Il-Kor Parrokkjali jibda jiltaqa’ minn nhar l-Erbgħa għall- provi tal-kant : Il-Kor se jibda jipprepara għal Festa tas-Sultana Tagħna nhar il-Ħadd 27 ta’ Settembru. Nieħdu gost naraw uċuħ ġodda. Il-Kor hu mportanti għall-ħajja liturġika tagħna.
3. Beda Kors ta’ 3 Laqgħat għall-Ministri Ġodda tal-Ewkaristija: Fis-7.00pm fil-Knisja ta’ Stella Maris. Jitkompla l-Ġimgħa 17 u 24 ta’ Lulju.
Grazzi li qed jattendu 7 Ministri ġodda mill-Parroċċa tagħna.
4. Nirringrazzja lil Ġenituri li wliedhom ser jirċievu s-Sagramenti f’Settembru : Talli qed jgħinuna fil-
preparazzjoni meħtieġa permezz tal-powerpoints li qed jirċievu.
5. Nirringrazzjaw lill-Ushers u lill-Helpers li kellna meta ftaħna l-Knisja : Taw servizz kulljum għal ftit ġimgħat meta kellna nsegwu direttivi ġodda mill-Kurja.
6. Il-Kapitlu Franġiskan ser jiġi ċċelebrat mill-20 – 25 ta’ Lulju :
Se jsir Porziuncola. Fit-tieni ġurnata ssir l-Elezzjoni għall-Ministru Provinċjal il-ġdid. Itolbu magħna.
Segwi Live Streaming mis-Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor fuq:
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.