L-ikonografija nisranija twassal permezz tax-xbihat, il-messagg tal-Evangelju, li l-Iskrittura twasslu bil-kliem. Il-kontemplazzjoni tal-ikoni flimkien mal-meditazzjoni tal-Kelma ta’ Alla u t-testi liturgici huma parti mill-armonija tas-sinjali li nsibu fic-celebrazzjoni tal-misteri qaddisa, biex dawn jidhlu fil-qalb u juru ruhhom fil-hajja tal-insara. Ix-xbihat imqaddsa li jinsabu fil-knejjes taghna, jridu jzommu hajja fina l-fidi fil-misteru ta’ Kristu, misteru li ssiehbet fih mill-qrib l-imqaddsa Vergni Marija, Ommu.
http://www.frangiskani.net/IKONI.html