100 SENA PARROCCA – SACRO CUOR (1918 – 2018.)
Parrocca Frangiskana
Madonna tas-Sacro Cuor
Sliema

Celebrazzjonijiet tal-ftuh tas-Sena Centinarja

Motto “Jiena magħkom dejjem”

Il-Hamis, 28 ta Settembru 2017
7.30pm Muzika Leterarja

DISKORS FTUH, CENTINARJU TAL-PARROCCA – MILL-KAPPILLAN FR PAUL ATTARD, OFM

Huti Frangiskani u Religjuzi. Ghaqdiet Socjali u Kommunita’ Parrokkjali.

Qabel ma’ Dun Pawl Vella 145 sena ilu (1872) erhielha mil-belt ghal tas-Sliema ghal Villeggatura; qabel mal-Patrijiet Frangiskani 5 snin wara fit-12 ta’ Novembru (1881), hadu f’idejhom dan it-Tempju majestuz, qabel ma’ Glormu Darmanin hareg il-Kapulavur tal-Istatwa tas-Sultana tal-Qalb Helwa ta’ Gesu’; l-Omm taghna tas-Sema kienet diga’ tefghet ghajneja fuq din il-gholja f’dawn l-inhawi ta’ Tas-Sliema! Mhux is-snin li jghoddu, mhux il-Festi u c-¬Centinarju, izda l-Mirakli u x-xita ta’ grazzji mis-sema li xerrdet f’100 sena shah!

Dan hu li qed niccelebraw illum. Niccelebraw il-ferh li fl-1918, Patri Wig Attard ofm mir-Rabat, l-ewwel Kappillan u l-Komunita’ Frangiskana ghexu meta l-Knisja tas-Sacro Cuor giet mahtura Parrocca! Ferh u entuzjazmu li rridu nkomplu nghadduh lit-3,860 Parruccani fi hdan l-1,467 Familja fil-prezent. Ferh li rridu nghadduh lil-generazzjoni ta’ warajna! Ferh li rridu naraw kif ser nghadduh lit-Tfal u zghazagh li ghalihom trid tkun il-preokkuppazzjoni taghna f’dawn ic-celebrazzjonijiet! Kif staqsa l-Arcisqof Charles J. Scicluna fil-pussess tieghi: “Fejn huma z-zghazagh f’din il-Knisja!!’’

L-Eku tal-Papa Frangisku li qal: “Let us entrust this dream into the hands of Providence“, isib gheruqu fin-nizga tal-Vangelu minn fomm Kristu: “Jiena Maghkom Dejjem“! Kliem ta’ kuragg maghzul bhala l-Logo ghalina li 100 sena wara kellna nduqu dinja sekularizzata. Dinja li qed tara jitfarrku l-Valuri Nsara bil-wisq iktar mill-herba li halliet warajha t-Tieni Gwerra Dinjija! Illum irridu iktar minn qatt qabel, inxammru l-kmiem biex inkomplu nibnu Pontijiet addattati ghal isfidi moderni li l-generazzjoni moderna qed thabbat wiccha maghha!

Il-harsa tas-Sultana taghna tal-Qalb Helwa ta’ Gesu’ illum tisfidana biex nohorgu nfittxu lil dawk li jinsabu fil-periferija! Lil dawk li ghal xi raguni jew ohra m’humiex jiccelebraw maghna avolja jghixu maghna!

Illum, il-Hamis, 28 ta’ Settembru 2017, fil-ftuh ta’ dan ic-Centinarju, Ahna u Intom irridu umilment inwieghdu li ser inkomplu nkunu l-lehen ta’ Gesu’ li wieghdna: “Jiena Maghkom Dejjem!“ U b’wiccna minn quddiem inkunu nistghu mmorru quddiem ix-xbieha artistika ta’ Ommna Marija u nghidulha: Viva dejjem, is-Sultana tal-Qalb Helwa ta’ Gesu’.

Nistednukom illejla biex flimkien niggustaw dan il-Kuncert li ser noffruh bhala Tifhir u Ringrazzjament lil Alla.

…………………………………………………………………………………………………………….

100 SENA PARROCCA – SACRO CUOR

1917 – 2018.

Celebrazzjonijiet tal-ftuh tas-Sena Centinarja
Motto “Jiena magħkom dejjem”

Parrocca Frangiskana
Madonna tas-Sacro Cuor

Sliema

Il-Hamis, 28 ta Settembru 2017

Programm tal-lejla

7.30pm Muzika Leterarja
 Idoqqu – Silvio Zammit u Ramona Zammit Formosa.
1. Mill-kompozitur Germaniz Johann Pachelbel, nisimghu (Canon).
2. Minn Johann Sebatian Bach, bl-isem ta’ (Jesus Joy of Man’s Desiring).
3. (Ave Maria) ta’ l-istess Silvio Zammit.
4. (Gabriel’s Oboe – mill-Film ‘The Mission’) ta’ Ennio Morricone.
 Jitnieda l-Logo tas-Sena tac-Centinarju (mill-Artist Adonai Camilleri).
 Isir Diskors minn Fr Frank Borg O.P.
 Issir il-Mixghela mal-Faccata tal-Knisja.
Grazzi talli ghogobkom tinghaqdu maghna llejla.

F’isem il-Gwardjan Patri Pawl Galea ofm u l-fraternita’ nawgurawlkom is-serata t-tajba.