IS-SIGRIET TAL-ĦAJJA ETERNA
1. L-Erbgħa 11 ta’ Awwissu : Festa ta’ Santa Klara t’Assisi.
2. Il-Ħamis 12 ta’ Awwissu : 6.00pm Adorazzjoni komunitarja b’temi attwali.
3. Il-Ħadd 15 ta’ Awwissu : Solennita’ tal-Imqaddsa Verġni Marija Mtellgħa s-Sema.
4. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali: “IL-Ħbieb Tas-Santwarju”, tħabbar li l-membri tal-Kumitat tat-Tmexxija huwa ffurmat kif ġej: President, Fr Paul Attard ofm, Gwardjan/Kappillan; Viċi President, Fr Stephen Sciberras ofm; Segretarja, Rita Vella Brincat; Assistenta Segretarja, Marianne Bonaci; Kaxxier, Peter Darmanin.
L-Għaqda tilqa’ bi pjaċir applikazzjonijiet ta’ sħubija.
L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kappillan jew minn fuq il-mejda li hemm fl-artal tal-Qalb ta’ Ġesu’ fis-Santwarju. Nirringrazzjawkom.
5. Qed jitħejja l-Programm : Tat-3 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Istatwa Titulari tas-Sultana Tagħna tal-Qalb Ħelwa ta’ Ġesu’.
Peress li din hia s-sena ddedikata lil San Ġużepp se jkollna x-xorti li nilqgħu fostna l-Bastun ta’ San Ġużepp Inkurunat li jinsab fl-Oratorju tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp li jinsab fil-Knisja tagħna l-Franġiskani, ir-Rabat.
Il-Programm jibda fit-23 u jintemm fid-29 ta’ Settembru.
6. Appell għal min jista’ joffri laptop f’kundizzjoni tajba : Lil wieħed ġuvni li jinsab l-isptar u li għandu bżonnu għal istudju tiegħu. Ġenerosita’ bħal din tiġi ferm apprezzata. Avviċinaw lil Kappillan jew lil Fr Joe.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
MOB: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments