1. Nhar it-Tnejn se jibda jiltaqa` l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Nirringrazzjaw lil dawk il-persuni li aċċettaw li jagħtu dan is-servizz fil-Parroċċa.
2. Nhar it-Tlieta wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija jiltaqgħu l-Franġiskani Sekulari għall-laqgħa ħdejn l-Uffiċċju parrokkjali.
Din il-ġimgħa tagħmel it-taħdita Pauline Darmanin bit-tema: “ Il-Mulej hu r-Ragħaj tiegħi ”.
3. Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Ottubru, festa ta’ Ommna Marija, Sultana tal-Art Imqaddsa, il-Provinċja Franġiskana se żżomm dal-jum ta’ Talb għall-Paċi f’Iżrael. Se jkun hawn Adorazzjoni fis-skiet sa 12.00pm u mill-5.00pm sal-Quddiesa tas-6.30pm.
4. Nhar il-Ħamis jkun hawn l-Adorazzjoni qabel il-Quddiesa ta’ filgħaxija u wara nkomplu bil-Lectio Divina.
5. Nhar il-Ħadd, l-Aħħar Ħadd tax-Xahar niċċelebraw il-festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja. Ħa niċċelebraw ukoll Jum il-Vokazzjonijiet Franġiskani. Magħna se jkun hawn l-Animatur Vokazzjonali tal-Provinċja Fra Lorrie Zerafa O.F.M., biex iwasslilna Messaġġ ta’ Tama u tagħrif dwar is-Sejħa Franġiskana. Il-ġabra li ssir tkun b’risq il-ħidma tal-Vokazzjonijiet.
Nhar il-Ħadd ukoll fil-Quddiesa tad-9.30am għat-tfal, fl-okkażjoni tal-festa tal-Qaddisin Kollha, fl-1 ta’ Novembru, niċċelebraw il-ħajjiet tal-Qaddisin b’tagħrif imwassal lilna mit-tfal.
6. Il-Kors ta’ Kana fil-Parroċċa tagħna se jibda s-sena d-dieħla mill-Ħamis 11 ta’ Jannar il-quddiem fis-7.30pm fiċ-Ċentru Sant’Antnin.
Tistgħu tibbukkjaw mill-Uffiċċju Parrokkjali jew tikkuntattjaw lil Francis Cuschieri 9984 1427.
7. Infakkrukom biex titolbu għall-għeżież mejtin tagħkom fil-Quddies ta’ filgħaxija matul Novembru.
Tieħdu envelope minn taħt il-Pulptu, tiktbu l-mejtin u terġgħu tirritornawh b’donazzjoni u tixħtuh
fil-kaxxa. Tistgħu tibbukkjaw il-Quddies għal matul is-sena d-dieħla b’donazzjoni ta’ €7. Napprezzaw il-koperazzjoni tagħkom għax filwaqt li nitolbu għall-għeżież tagħkom fil-Quddiesa, lilna tgħinuna fl-għajxien tagħna.
8. Fl-okkażżjoni tal-Festa ta’ San Martin, nhar il-Ħadd 5 ta’ Novembru, se niċċelebraw il-Wasla tal-Qaddis fostna u t-tqassim tal-Boroż ta’ San Martin fil-Quddiesa tad-9.30am. Dawk li jixtiequ jirċievu l-Borża, jistgħu jibbukkjawaha mingħand Brian Vigar jew mill-Bookshop ħdejn il-bieb tal-Knisja.
9. Matul din il-ġimgħa għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem l-E.T. Mons. Robert Camilleri O.F.M. Għal ħafna snin missjunarju fil-Honduras u fl-2001 sar l-Isqof ta’ Comayagua u President tal- Konferenza Episkopali tal-Honduras. Agħtih Mulej il-Mistieħ ta’ dejjem……….
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments