Il-Familji tal-Ukrajna għandhom bżonna !
1. Temmejna l-Kors ta’ Kana b’Seminar illum is-Sibt 5 ta’ Marzu : Kelma ta’ ringrazzjament lil Anne u Francis Cuschieri li reġgħu mewwew lil dawn il-Koppji. Inżommuhom f’talbna.
2. Bdejna r-Randan Imqaddes :
Fir-Randan ser inkunu niġbru Fondi ta’ Flus għall-poplu tal-Ukrajna. Talbuna nagħmlu dan l-Isqfijiet flimkien ma’ Caritas Malta.
Id-donazzjonijiet jingħataw lill-Kappillan.
U għajnuna għall-Familji fil-Bżonn u dawk li jittallbu karita’ fl-Uffiċċju Parrokkjali Fin-Notice Board hemm lista ta’ Prodotti li huma meħtieġa.
3. Kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa :
Nitolbu l-Via Crucis fit-8.30am u fil-5.30pm.
Noffru t-Talb u s-Sawm biex tieqaf il-Gwerra fl-Ukrajna.
4. Il-Ħamis 3 ta’ Marzu : 5.30pm Adorazzjoni.
5. It-Tnejn 7 sal-Ġimgħa 11 ta’ Marzu : 6.00PM Se jsir l-1 Kors tal-Eżerċizzi Spiritwali tar-Randan waqt il-quddiesa.
Il-Predikatur huwa Patri Anton Farruġia ofm.
6. Il-Fondazzjoni tixtieq għal darb’oħra tirringrazzja :
Lil dawk kollha li qed jimpenjaw ruħhom li joffru mill-qalb 1.00 (ewro) fil-ġimgħa għall-Manutenzjoni tas-Santwarju.
Is-Somma miġbura s’issa hija ta’ 1,320.00 ewro.
Id-Donazzjoni tiegħek tfisser ħafna għas-Santwarju tas-Sultana tagħna tal-Qalb ta’ Ġesu’.
Is-Sultana tagħna tbierek il-Ġenerożita’ tal-Parruċċani tagħna.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.