Gheziez Huti fi Kristu u San Frangisk,
ID-DEVOZZJONI LEJN IL-MADONNA LI THOLL L-GHOQIEDI
Kif qeghdin taraw, din hi x-xbieha ta’ Marija li Tholl l-Ghoqiedi li hi tant ghal qalb Papa Frangisku. Kien permezz tieghu li din id-devozjoni bdiet issir aktar maghrufa u tinxtered. Kien proprju wara li mar lura l-Argentina fl-1986, wara li qatta ftit xhur gewwa Frankfurt jigbor materjal ghat-tezi tieghu ghad-dottorat fuq il-kbir teologu u filosofu Romano Guardini, li beda jxerred din id-devozzjoni.
F’dak iz-zmien Patri “Jorge” kien qed jghix fi Buenos Aires u kien ghaddej f’mument difficli hafna ta’ hajtu. Wara tnax-il sena bhala Provincjal tas-Socjeta ta’ Gesu (il-Gizwiti), kien tnehha mill-kariga, u allura issa kien biss professur tat-teologija pastorali fl-Universita. Beda jghix f’kamra semplici fil-kullegg ta’ l-Universita u allura ma kellux x’jaqsam izjed mad-decissjonijiet tas-Socjeta ta’ Gesu.
Kien f’dan iz-zmien difficli meta rcieva kartolina tal-Milied minn soru Germaniza bil-pittura ta’ J.G.M. Schmidtner ta’ Marija li Tholl l-Ghoqiedi. Din l-istampa tant impressjonatu li sar infatwat warajha. Papa Frangisku minn dejjem wera imhabba kbira lejn il-Vergni Marija. Din id-devozzjoni ghaddewha lilu l-familja tieghu flimkien ma’ devozzjonijiet ohra. Din id-devozzjoni ta’ minn tfulitu kienet il-bidu ghad-devozzjoni lejn Marija li Tholl l-Ghoqiedi. It-teologija dwar din id-devozzjoni saret aktar maghrufa minnmindu Papa Frangisku heggeg din id-devozzjoni fl-Argentina u mbaghad tkellem dwarha fl-ewwel sena tieghu bhala Papa. Illum din id-devozzjoni nxterrdet ukoll fl-Afrika fejn iffurmaw hafna prayer groups devoti lejn il-Madonna li Tholl l-Ghoqiedi. Hu impressjonanti kif il-Madonna taht dan it-titlu tkellem lil kull ragel u mara, zghar u kbar ta’ kull eta u ta’ kull post f’kull rokna tad-dinja.
Ma’ dan kollu din id-devozzjoni tmur lura ghat-tieni seklu. San Irinew kiteb li l-ghoqda tad-dizubbidjenza ta’ Eva nhallet bl-ubbidjenza ta’ Marija. Dak li Eva rabtet bin-nuqqas tat-twemmin taghha, il-Vergni Marija hallet bil-fidi taghha. Il-fidi ta’ Marija tholl l-ghoqda tad-dnub.
Ilkoll ghandna xi ghoqiedi fil-hajja taghna u Marija tista’ thollhom. L-ghoqod tal-hajja jriedu jitpoggew f’idejn Marija Omm Gesu u l-Omm ta’ dawk li jafdaw fiha. Hi tiehu hsieb li thollhom kollha. Kull ma ghandna bzonn hu li jkollna l-fidi u nafdaw fiha. Qatt iktar miz-zminijiet koroh tal-lum ma kien hemm il-bzonn li nitolbuha lil Marija biex tholl lid-dinja mill-ghoqiedi li qeghdin jissoffokawha u jeqirduha.
Fit-13 ta’ Gunju, 1962, ghal habta tal-hdax ta’ filghaxija fil-belt ta’ Skiemonys gewwa l-Litwanja, kif ukoll fil-gurnata ta’ wara fl-istess hin gewwa l-post jismu Janonial, jinghad li l-Madonna dehret lil tfajla jisima Ramute ta’18 il-sena. Il-Madonna kienet liebsa libsa bajda u qaltilha dan il-kliem: “Jiena nsalva lill-umanita jekk il-poplu jdur lejn Alla u jikkonverti…….Jien nista’ naqla miraklu minnghand Alla ghall-umanita kollha, izda l-poplu irid jitlob, jaghmel sagrifficcji, izda fuq kollox irid isum u jimxi fuq il-kmandamenti u l-precetti tal-Knisja.”
Kemm il-darba din l-Omm tas-sema li tant thobbna wissitna fid-dehriet taghha gewwa Lourdes, Fatima, Medjugorje, Garabandal u f’hafna dehriet ohra, u ghada twissiena sal-lum biex induru lejn Alla, ghax b’hekk biss id-dinja tista’ tikseb il-paci u b’hekk nghixu f’armonija bejnietna. Nafdaw lil Marija li hi l-Medjatrici tal-grazzji kollha u nduru lejha biex tholl l-ghoqiedi tal-hajja taghna u nitolbuha b’qalb sinciera u naghmlu dak li dejjem qaltilna biex naghmlu – nitolbu, insumu u naghmlu penitenza – halli tikseb ghalina l-paci li tant ghandna bzonn.
Min jixtieq jaghmel il-Novena tal-Madonna li Tholl l-Ghoqiedi jista’ jsibha f’din il-link:
Paci u sliem.
Cecilia Attard ofs
0 Comments