1055967-400xnone

Tliet seminaristi u żewġ patrijiet Franġiskani se jiġu ordnati djakni mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Id-djakni l-ġodda huma Sinclair Bugeja mill-Parroċċa tal-Familja Mqaddsa, l-Iklin, Clive Camilleri O.F.M., Ramon Farrugia O.F.M. u Ryan Lee Pace mill-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira, u Mark Spiteri mill-Parroċċa ta’ San Filep ta’ Aġġira, Ħaż-Żebbuġ.

Id-dmirijiet tad-djaknu huma li jiddedika ħajtu għal qadi bl-imħabba fis-servizz tiegħu lejn il-poplu, jassisti lill-Isqof u lis-saċerdoti fiċ-ċelebrazzjoni tal-misteri qaddisa, jamministra s-sagrament tal-Magħmudija, jassisti għaż-żwieġ u jbierku, ixandar l-Evanġelju u jippriedkah u jmexxi funerali.

Permezz tal-Ordinazzjoni, id-djakni l-ġodda isiru qaddeja ta’ kulħadd.

Id-djakonat se jsir nhar il-Ġimgħa li ġej fis-6pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.