1. Il-Ġimgħa Mqaddsa nibdewha bil-Purċissjoni ta` Ħadd il-Palm, fid-8.45am bit-tberik taż-żebbuġ. Kulħadd jinġabar ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Il-Quddiesa fid-9.15am. Fl-10.00am tibda Via Sagra drammatizata mit-tfal u ż-żgħażagħ tal-Parroċċa fit-toroq madwar il-Knisja. Ejjew u agħtu sapport din l-iniżjattiva filwaqt li nieħdu l-messaġġ għal ħajjitna llum.
Fil-11.15am ikun hawn il-Quddiesa minflok fil-11.00am.
2. It-Tnejn 25 ta` Marzu, fis-6.00pm Quddiesa għat-tfal kollha tal-Katekiżmu. Issir
it-tifkira tal-Aħħar Ikla ta` Ġesu` mal-Ħbieb.
It-tfal mitluba jġibu magħhom il-Karus ta` Mħabba bid-donazzjoni b’risq Dar
Bjorn.
3. It-Tlieta 26 ta` Marzu, Jum ir-Redentur. Fis-7.00pm il-Pellegrinaġġ Penitenzjali
bix-xbieha tar-Redentur li jgħaddi mit-toroq San Trofimu, Santa Marija, Manwel
Dimech, San Ġwann Battista u San Trofimu. Fl-aħħar tingħata l-Barka bir-
Relikwija tas-Salib fuq iz-Zuntier tal-Knisja.
4. L-Erbgħa 27 ta` Marzu fil-5.30pm, Ċelebrazzjoni Penitenżjali.
Ikun hawn servizz tal-Qrar.
5. Il-Ħamis 28 ta` Marzu: Ħamis ix-Xirka. Filgħodu ma jkunx hawn Quddies.
Appell biex minflok niltaqgħu għat-talb fit-8.00am. Il-Knisja tiftaħ fis-7.00am.
Fis-6.00pm il-Quddiesa Solenni bir-Rit tal-Ħasil tar-Riġlejn. Min offra biex naħslulu riġlejh ikun f’postu riservat tul il-Kursija fis-5.45pm. Fl-aħħar tal-Quddiesa Ġesu` Sagramentat jittieħed proċessjonalment għall-Altar tal-
Adorazzjoni fil-Kappella ta` San Vinċenz.
Fil-Quddiesa ssir il-ġabra b’risq is-Saċerdoti tal-Paarroċċa.
Fit-8.00pm isiru l-Visti mis-Soċjeta` Filarmonika Sliema.
Fl-10.00pm Adorazzjoni Komunitarja sal-11.00pm.
6. Il-Ġimgħa 29 ta` Marzu: L-Ġimgħa l-Kbira. Il-Knisja tiftaħ fis-7.00am. Fit-8.00am niltaqgħu għat-Talb Komunitarju.
Fid-9.00am isiru l-Visti mill-Fratellanza tas-Sagrament.
Fid-9.00am il-Kummissjoni Festi torganizza ħarġa għall-Vari tal-Ġimgħa l-Kbira, mis-Savoy Bus Stop. Booking mingħand Brian Vigar.
Fis-2.00pm il-Via Sagra mit-Tfal u ż-Żgħażagħ.
Fit 3.00pm Ċelebrazzjoni Solenni tal-Passjoni bl-Adorazzjoni tas-Salib.
7. Is-Sibt 30 ta` Marzu: Sibt il-Għid. Filgħodu l-Knisja ma tiftaħx.
Fit-8.00pm iċ-Ċelebrazzjoni Solenni tal-Għid, jitbierek in-Nar il-ġdid u Quddiesa Solenni bir-Rit tal-Magħmudija.
8. Il-Ħadd 31 ta` Marzu: Ħadd il-Għid.
Wara l-Quddiesa tad-9.30am, nilqgħu l-Irxoxt fuq iz-zuntier u jsir it-tberik tal-Komunita` Parrokkjali u tal-figolli li ġġibu magħkom. Bejn it-8.30am u nofsinhar fuq iz-zuntier se jkun hawn ukoll bejgħ ta` Kafe` u ħelu bis-sehem ta` Jacob’s Brew u t-tfal u ż-żgħażagħ tal-Parroċċa.
9. Sal-Ħadd li ġej hemm il-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa organizzata mill-Kummissjoni Festi u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema, fis-Sede tal-istess Soċjeta`.
10. Sal-Ġimgħa l-Kbira tistgħu tagħtu d-donazzjoni lid-Dar Bjorn.
Sal-Ħadd li ġej tistgħu timlew il-formola tat-Tberik tad-Djar,
Għad baqa’ xi postijiet għall-Ħarġa tal-Pasquetta Għawdex, nhar it-Tlieta 2 ta`April.
Nitilqu fis-7.00am mis-Savoy Bus Stop, ikollna Quddiesa f’ Ta` Pinu; ikel Malsalforn u niġu lura mal-vapur tas-6.00pm.
Donazzjoni ta` €30, kolox inkuz minbarra l-ħlas tal-vapur.
Booking sa nhar il-Ħadd mingħand Margaret Cini u Marianne Bonaci.
11. L-Uffiċċju Parrokkjali u l-klassijiet tal-Katekiżmu jkunu magħluqin fil-ġimgħatejn li ġejjin u jerġgħu jiftħu nhar it-Tnejn 8 ta` April.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments