Matul il-vanġeli naraw diversi mumenti fejn Ġesù fejjaq lil morda, keċċa d-demonji, ta d-dawl lill-għomja u saħansitra ukoll qajjem in-nies mill-mewt. Ġesù bħala Alla ma jagħtix dan il-fejqan fuq livell umanitarju biss.
Kull bniedem, minħabba d-dnub huwa marid, għandu l-ħażen fih, huwa għami u mejjet spiritwalment. Jeħtieġ li dan kollu nagħrfuh għax jekk ma nħossuniex morda spiritwalment, kif aħna lkoll tassew, ma nħossux il-bżonn li nirrikorru għand it-Tabib u nispiċċaw noqtlu lilna nfusna bla ma nindunaw.
Agħraf li inti marid, dgħajjef, ħażin u għami u rrikorri għand Ġesù biex jagħtik mhux biss fejqan permanenti imma wkoll ħajja ġdida li ma tintemm qatt. Ġesù ġie biex isejjaħ lill-midinbin. Agħraf li inti midneb biex hekk tkun tista’ tisma’ s-sejħa li qed jagħmillek Ġesù, tmur għandu u hu jagħtik ħajja bil-kotra.
0 Comments