Il-Festa Tal-Familja Mqaddsa
1. Il-Ħadd, l-Aħħar tas-Sena, fis-6.30pm l-aħħar Quddiesa tas-sena 2023. Ninġabru biex nroddu
ħajr ‘l Alla għal kull ma għamel magħna dis-sena. Konvinti li l-ħsibijiet tiegħu kienu kollha ta`
Sliem, Ħniena u Faraġ. Fl-aħħar tal-Quddiesa nkantaw it-Te Deum.
Il-Quddies fl-Ewwel tas-Sena ikun bħal tal-Ħdud u ssir il-Ġabra b’risq id-Dar tal-Providenza.
2. It-Tlieta 2 ta` Jannar fis-6.30pm issir il-laqgħa tal-Membri Franġiskani Sekulari.
P.Julian Sammut iwassal ir-Riflessjoni. Kulħadd jista` jattendi.
3. Il-Ħamis 4 ta` Jannar issir l-Adorazzjoni qabel il-Quddiesa ta` filgħaxija.
Fis-Seminarju tal-Arċisqof fis-6.30pm issir l-Adorazzjoni għall-Vokazzjonijiet, fis-7.30pm ikun hemm il-Quddiesa. Mistiedna l-Parroċċi tal-Unita` fosthom dawk ta` Tas-Sliema u aħna bħala parroċċa mistiedna nattendu.
4. Is-Sibt 6 ta` Jannar, l-Għaqda Maltija tad-Dimensja se tiċċelebra l-20 Sena mit-twaqqif tagħha fil-Quddiesa tas-6.30pm. Il-membri jkunu ħdejn il-bibien tal-Knisja biex jilqgħu d-donazzjonijiet.
5. Il-Ħadd 7 ta` Jannar, festa tal-Epifanija tal-Mulej, fil-Quddiesa tad-9.30am ikun hawn il-wasla tat-Tlett Slaten Maġi. Sejħa lit-tfal biex jiltaqgħu mal-Maġi u jitkellmu magħhom.
6. Il-Moviment ta` Kana se jiċċelebra 2 Quddisiet fil-Kon-Kattidral ta` San Ġwann, il-Belt fil-5.30pm. Fis-6 ta` Jannar għall-Koppji li żżewġu f’din is-sena u fit-13 ta` Jannar għall-koppji li se jiżżewġu f’din is-sena l-ġdida.
7. Matul dil-ġimgħa daħlu €670 donazzjonijiet għall-Manutenzjoni tal-Bjut tal-Knisja, bi spiża ta`€20,000. S’issa mill-ewwel Ħadd ta` Diċembru ġbarna €9,490.00. Huwa ammont ġeneruż u nkoraġġanti. Inkomplu nħeġġukom biex min jista` jagħti d-donazzjoni tiegħu ta` €200 lis-Santwarju. Anke l-ġabra speċjali tal-Istrina li se ssir il-weekend li ġej se tkun għal dan l-iskop biex bil-ġenerożita` tagħkom l-ewwel fażi titħallas sakemm jitlesta x-xogħol fil-ġimgħat li ġejjin. Nirringrazzjawkom bil-quddiem għall-ġenerożita` tagħkom fil-ġabra speċjali.
8. Matul din il-ġimgħa għaddew għall-ħajja ta` dejjem Cynthia Pace u Concetta Abela.
Agħtihom Mulej il-mistrieh ta` dejjem.
9. Il-Komunita` Franġiskana trodd ħajr lilkom għas-sehem qawwi li dejjem offrejtu matul din is-sena li qed tintemm. Filwaqt li nwegħdukom talbna u l-ħidma tagħna fil-Parroċċa għas-sena l-ġdida, nitolbukom maħfra fejn inqasnikom u mħejjija biex flimkien nagħrfu u nwettqu r-rieda t’Alla.
PAĊI U ĠID LIL KULĦADD.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments