Gheziez hbieb,
Wasalna f’nofs Mejju u fl-ghaxar gimgha ta’ lockdown ahna ‘l-vulnerabbli’!
 
Ghalija Mejju huwa l-isbah xahar tas-sena. Ix-xemx titbissem izjed ghax il-granet jitwalu. Inwarrbu l-kowtijiet, il-gkieket u l quilts. Huwa x-xahar meta nibdew inharsu lejn passiggatti max-xtajta, forsi xi safra, xi mawra sa Ghawdex, xi ghawma. Mejju jgibli memorji sbieh ta meta kienet tkun l-ewwel ghawma tieghi meta f’Lapsi l-familja konna ninzlu l-Gnejna u jien kont naqbez ghall-ewwel ghawma ta’ l-istagun……. memorji ta’ hargiet f”Howard Gardens bil-basket tas-sandwiches u l-gelat mill-gabbana, memorji tal-kant mill-qalb “Fil-Hlewwa ta’ Mejju.”
 
Imma mhux din is-sena! Din is-sena niftakru biss …… u nittamaw fi granet ahjar. Barra mill-erba’ hitan ta’ djarna  Mejju xorta baqa’ ghaddej, ghadu jtawwal il-granet, itella x-xemx kmieni, jiftah il-blanzuni, ifewwah il-gonna, jonfoh iz-ziffa fuq bahar car kahlani. Imma “Fil-Hlewwa ta Mejju” din is-sena ma kantajnihiex bhala komunita madwar is-Sultana Taghna.
 
Din s-sena Mejju se jgibilna hajja gdida, nifs gdid, fil-festa ta’ Pentekoste, ic-celebrazzjoni tal-Migja ta’ l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli, li huma wkoll kienu f’lockdown! Ghalkemm maghluqin, l-Ispirtu Qaddis igib lilna wkoll hajja gdida, kuragg, tama, gharfien, bidla kbira ta kif nahsbu, kif nagixxu, kif nemmnu, kif inhobbu, kif insahhu l-ghaqda taghna ma l-ohrajn u mal-Hallieq permezz tas-Salvatur.
 
L-esperjenza ta’ l-Appostli dakinhar ta’ Pentekoste tista tkun taghna wkoll. Ahna diga lqajna l-Ispirtu s-Santu fil Maghmudija, issahhahna fil-Grizma u nibqghu nissahhu fl-Ispirtu kull darba li ninfethu ghall-grazzja meta nhallu dan in-Nifs ta’ Alla jerga’ jgeddidna. Hekk gara dakinhar ta’ Pentekoste ( Atti 2,1-11) Il-Lhud imxerrda ingabru f’Gerusalemm ghac-celebrazzjoni tal-Pentekoste Lhudi meta l-Lhud jiccelebraw l-ghotja tal-Kmandamenti lil Mose, seba’ gimghat wara li telqu mill-Egittu. Dak li naqraw fl-Atti, huwa meta sehh Pentekoste Gdid. Il-Ligi ta’ Mose  msahha mill-Ispirtu, giet moghtija f’dawl gdid permezz tat-taghlim ta’ Gesu Kristu, issiggillata bil-Mewt u l-Qawmien Tieghu. Giet moghtija biex tixxandar! U dakinhar twieldet il-Knisja!
 
 Ejjew mela, meta  tibda n-Novena ta’ l-Ispirtu s-Santu din i-gimgha, insibu mumenti ta’ skiet, ninfethu ghal prezenza ta’ dan l-Ispirtu Qaddis, biex ikollna gharfien ta’ dak li jrid minna l-Mulej u l-kuragg biex inwettquh.
 
Ma nistghux insemmu ix-xahar ta’ Mejju u ma nsemmux lil Ommna Marija li permezz taghha u bis-setgha ta’ l-Ispirtu s-Santu bdiet din l-istorja meraviljuza tas-Salvazzjoni! Insellmulha  bil-kliem ta’ Dun Karm:
                    Ghalhekk ja Sultana tal-hlewwa , Marija
                     Int biss tama taghna, int qawwa tar-ruh
                     Bil-grazzja mimlija kull waqt insellmulek
                     Bil-hrara nghajtulek fis-siegha tad-dmugh.
 
Il-Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk Missierna.
 
Pauline Darmanin  Ofs