“Il-Paci maghkom, hbieb tieghi,

Gimgha wara ohra u z-zmien igerbeb. Dhalna fid-disa’ gimgha maqfulin fic-cenaklu tal-ghorfa taghna. Kif intom huti fl-Ordni Frangiskan?

Meta nohrog fil-veranda ta’ spiss nara xi dghajjes ghaddejjin u dritt niftakar fi kliem Kristu lil Xmun Pietru: “Aqdef ‘il barra fil-fond, u kalaw ix-xbiek tagħkom għas-sajd.” Luqa 5-4. Ahna lkoll f’bahar wiehed u Gesu jinsab fuq id-dghajjsa maghna. L-ewwel kelma li se jghidilna llum hi biex naqdfu ‘l barra fil-fond u ninkalaw ix-xbieki taghna. Gesu qed jitlobna biex ninqalghu minn dak li qed jorbotna ma’ din l-art, sakemm johodna fil-fond biex nitghallmu nafdawH aktar. Jekk nafdaw fiH f’kollox nindunaw, minkejja kollox, kemm hu twajjeb Gesu maghna.

Ippermettuli naqsam maghkom storja helwa hafna. Darba kien hemm Re fi-Ilvant Nofsani mar izur wiehed mill-ghorrief fis-Saltna tieghu. Ir-Re tbaxxa quddiemu u offrielu rigal ta’ valur kbir ghax kellu stima kbira lejh. Offrielu oggett ta’ sbuhija rari hafna: imqass tad-deheb, miksi bid-djamanti.

L-gharef ha l-imqass f’idu, ra kemm hu sabih u prezzjuz u tah lura lir-Re, filwaqt li qallu, ta’ gharef li kien: “Grazzi Majesta, ta’ dan ir-rigal prezzjuz, uniku. Veru sabih! Imma nghidlek il-verita m’ghandiex bzonnu. Ahjar taghtini labra milli mqass.”

Ir-Re inhasad, ingibed lura u mistageb qallu: “Miniex nifhmek! Jekk ghandek bzonn labra, ghandek bzonn imqass ukoll.” “Le, Majesta, kun af li l-imqass jaqta’ u jifred. Min-naha l-ohra, labra tghaqqad dak li jkun inqata’. It-taghlim tieghi hu mibni fuq l-imhabba, l-ghaqda u l-fraternita. Hafna drabi jkolli bzonn labra biex ingib l-ghaqda fejn hemm xi firda. L-imqass jaghmel il-kuntrarju. Jaqsam u jifred parti minn ohra. Meta terga tigi biex tarani, nitolbok bir-rispett kollu biex jekk joghgbok gibli labra mill-ordinarji.  Tkun bizzejjed ghalija, Majesta.”

Ir-Re baxxa rasu, ha taghlima kbira u mar lura minn fejn gie, jahseb fuq dak li qallu l-gharef.

… U inti x’inti, IMQASS jew LABRA? Tghaqqad jew tifred? Dan jghodd hafna ghalija wkoll, tafux!

JEKK LABRA, UZAHA TAJJEB BIEX TGHAQQAD, MHUX BIEX TNIGGES, GHAX INKELLA TKUN QED TUZAHA BHALA MQASS UKOLL!

Missierna San Frangisk kien dejjem favur il-Labra u qatt ma uza l-Imqass.”
Peter ofs