IT-TNEJN U TLETIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 10 TA’ NOVEMBRU, 2024
1. Illum il-Ħadd issir il-laqgħa Ġenerali għall-membri tal-Kummissjoni Festi mid-9.30am il-quddiem. Fiha jinqara r-Rapport Annwali u jiġi ffurmat il-Kumitat il-ġdid. Napprezzaw u nirringrazzjaw lill-Kummissjoni għall-ħidma kontinwa li twettaq is-sena kollha b’risq is-Santwarju w il-Kunvent, l-aktar fil-festi priċipali tal-Parroċċa. 2. Illum il-Ħadd se niċċelebraw il-Festa ta` San Martin għat-tfal fil-Quddiesa tad-9.30am. San Martin iqassam il-Borża tradizzjonali […]
