Ġesù semagħhom u qalilhom: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda. Mhux il-ġusti ġejt insejjaħ, iżda l-midinbin” (Mark 2:17)
Matul il-vanġeli naraw diversi mumenti fejn Ġesù fejjaq lil morda, keċċa d-demonji, ta d-dawl lill-għomja u saħansitra ukoll qajjem in-nies mill-mewt. Ġesù bħala Alla ma jagħtix dan il-fejqan fuq livell umanitarju biss. Kull bniedem, minħabba d-dnub huwa marid, għandu l-ħażen fih, huwa għami u mejjet spiritwalment. Jeħtieġ li dan kollu nagħrfuh għax jekk ma nħossuniex […]