Il-Ġimgħa l-Kbira: Jum ta’ riflessjoni u skiet għall-Knisja Kattolika
Il-Knisja f’Malta llum tingħaqad mal-Knisja Universali u tfakkar il-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu. Bi tħejjija għal dan il-jum, il-knejjes żarmaw l-artal maġġuri u minflok intrama l-artal tar-repożizzjoni magħruf bħala s-sepulkru, fejn is-Sagrament ikun espost għall-qima tan-nies. Bħal-lum ma ssirx quddiesa u l-funzjonijiet fil-knejjes jikkonċentraw madwar is-salib imqaddes, bil-qniepen tal-knejjes jibqgħu siekta sal-quddiesa tal-Qawmien, […]