Bukkett ward virtwali

Fuq inizjattiva tal-“Fondazzjoni: Manutenzjoni Knisja/Kunvent, Sacro Cuor, Sliema”, il-parruċċani qed jiġu mħeġġa biex flimkien noffru Bukkett Ward Virtwali lil Ommna Marija, is-Sultana tagħna tal-Qalb ta’ Ġesù. Dan il-Bukkett huwa magħmul minn 88 warda u kull warda virtwali tiswa €5.

Din l-inizzjattiva toffrilek l-opportunità biex turi l-imħabba u gratitudni tiegħek, lejn Alla tagħna u Ommu Marija, l-aktar f’okkażżjonijiet speċjali bħal f’Jum it-twelid tiegħek, f’xi Anniversarju, b’radd ta’ ħajr għal xi grazzja li tkun qlajt jew biex taqla’ xi grazzja speċjali, u tant okkażżjonijiet oħra.

Jekk trid toffri xi warda jew tnejn, poġġi l-offerta tiegħek flimkien mad-dettalji personali tiegħek f’envelope u itfgħu fil-kaxxa li hemm fl-artal tal-Qalb ta’ Ġesù.

Sidna Ġesù u Ommu Marija jbierku l-ġenerożità tagħna.

9 flowers