Gheziez Ahwa fi Kristu u f’San Frangisk,

Ninsabu f’nofs ix-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar tal-Madonna u x-xahar
tar-Ruzarju fejn ghadna kemm iccelebrajna il-festa tal-Madonna
tar-Ruzarju.  Nies ta’ certa eta bhalna mdorrijin jghidu r-Ruzarju
kuljum izda, ma nkunux qed nizbaljaw jekk nithassbu serjament li din
id-drawwa qeghda tinqata fost il-generazzjoni li tiela.  Din hi hasra
ghax l-esperjenza tar-Ruzarju tista’ tkun mezz ghalina personali biex
inkunu maghqudin mistikament ma’ Kristu Gesu.

Id-dekadenza lid-dinja waqat fiha hi bla dubju konsegwenza tan-nuqqas
ta’ l-ispirtu tat-talb.  Il-Vergni Mqaddsa Marija, li taf sew
in-nuqqasijiet ta’ uliedha, qatt ma tieqaf tirrakkomanda b’insistenza
r-recita tar-Ruzarju, ghax wara l-liturgija ta’ l-Ewkaristija,
ir-Ruzarju huwa bla dubju ta’ xejn l-awqa arma biex nippriservaw
il-fidi taghna u niggieldu kontra l-glieda qalila tax-xitan kontra
r-Ruzarju.

Xhieda ta’ dan hu bla dubju ta’ xejn il-Beatu Bartolo Longo li kien
ex-sacerdot ta’ setta satanika li fiz-zghozija tant kien anti-klerikali
li ried jeqred lil-Knisja ta’ Kristu.  Izda l-Madonna riedet tinqeda
bih u wara li laqqghatu ma’ Vincenzo Pepe, dan wasslu biex imur iqerr
ghand Patri Alberto Radente li kellu mhabba kbira lejn il-Madonna u
kien ifittex li jxandar ir-Ruzarju.  Wara li kkonverta, Longo rcieva
l-ewwel tqarbina u sar Terzjarju Dumnikan.  Il-providenza t’Alla
baghtitu Pompei fejn sab faqar kbir u nuqqas ta’ taghlim.
Is-sharijiet kienu kkunsidrati l-unici mezzi ta’ fejqan kemm tar-ruh u
kemm tal-gisem.  Din it-telqa kbira u bahh werwru lil Bartolo Longo.
Hin minnhom mad-daqq tal-qniepen  ta’ nofsinhar sema sejha minghand
il-Vergni Mbierka fejn qaltlu:  “Jekk int qed tfittex is-salvazzjoni,
xerred ir-Ruzarju.”  Longo pront irrisponda:  “Vergni Mbierka, int
weghedt lil San Duminku li min ixerred ir-Ruzarju se jsalva.  Jien
mhux se nitlaq minn Pompei qabel ma nkun xerridt ir-Ruzarju tieghek.”

Irriedu niddefendu l-erwieh taghna mill-izbalji li jizvijjawhom
mit-triq it-tajba.  Ma nistghux, kif jghidilna l-Mulej, inhallu li
t-tfal tad-Dlam ikunu izjed ghaqlin mit-tfal tad-Dawl.  Ir-Ruzarju hu
l-aqwa arma biex niddefendu lilna nfusna mill-qilla tal-hazen
tax-xitan.

Ghandna hafna ghal min nitolbu minbarra ghalina nfusna.  Nistaqsu:
Qeghdin nitolbu ghal dawk li hallew il-fidi Kattolika?  Nafu hafna
nies li jemmnu l-gideb tax-xitan.  Qeghdin nitolbu ghal politikanti
taghna, ghall-ghalliema taghna, ghal co-workers, ghal mexxejja
tal-Knisja u ohrajn li jghidu li huma kattolici izda li qed jghixu u
jipproklamaw kontra t-taghlim ta’ l-iskrittura u tal-Magisteru
tal-Knisja?

Il-Qaddis Gwann Pawlu II xtaq lir-Ruzarju jerga jkun it-talba ta’
kuljum fil-familja kristjana, li terga tidhol l-abitudini li jinghad
ir-Ruzarju kuljum, ghax din it-talba tnehhi t-toqol tal-hajja permezz
ta’ l-Omm taghna Marija li tiehu hsieb il-problemi ta’ uliedha.  Dan
il-Papa Qaddis kien jaf li din it-talba marjana tista’ tbiddel il-kors
ta’ l-istorja, li tista’ xxekkel il-pjanijiet ta’ gwerer u massagri,
li tista’ tohnoq il-genn ta’ l-uzu ta’ l-armi, u li tmiss il-qalb
tas-supperv u ta’ dawk li juzaw il-poter taghhom ghas-skapitu ta’
haddiehor.  Kien jaf sew li tul l-istorja tal-bniedem kemm il-darba
l-Madonna intervenit biex is-salva l-umanita u lil-dawk li b’herqa
kbira, b’kunfidenza u perseveranza, talbu ghall-ghajnuna taghha.  Kien
jaf kemm il-darba din l-Omm hanina salvat mill-abbissi li ntefat fiha
l-umanita b’qerda totali.  Kien cert ukoll li din l-Omm taghna mhux
biss tista’ izda hi stess trid tintervjeni biex issalva lil uliedha
midinba u tghinhom isalvaw halli jgawdu l-eternita li ghaliha gejna
mahluqa.  Kull ma rriedu naghmlu hu li nduru lejha, nitolbuha u
nhalluha tahdem hi.

Promotur ferventi iehor tar-Ruzarju hu bla dubju ta’ xejn San Luigi
Maria de Montfort, li kien jinsisti li bl-intervent ta’ Marija, ma’
Marija  u f’Marija ir-rebha tasal.  Li rriedu naghmlu hu li nhalluha
tajdem hi.

Ejjew mela nitolbu bl-akbar hrara bil-kuruna tar-Ruzarju f’idejna u
nafdaw b’ruhna u gisimna lil dik l-Omm ta’ l-akbar hniena li se
twassalna ghand Gesu binha.  Imbaghad naraw kemm hu twajjeb il-Mulej
maghna.

Il-Mulej iberikna u Marija tipprotegina fil-hajja ta’ kuljum.

Cecilia Attard ofs