Illum – Festa ta’ Kristu Re – fis-6.00p.m., Mons. Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa u jagħlaq il-Ġublew tal-Ħniena fil-Katidral tal-Imdina. Għal dawk li jibbukjaw t-trasport – tluq mis-Savoy bus-stop fil-5.00pm.
It-Tlieta: Fis-6.30pm inkomplu ż-żjarat u t-tberik tal-familji li joqgħodu fi Triq San Ġuzepp. Helpers tal-Parroċċa, xi jiem qabel, qed jiġu għandkom biex tamgħlu l-appuntament.
Il-Ħamis : Fil-5.00pm Adorazzjoni u fis-6.30pm Lectio Divina.
………………………………
Infakkru lill-għarajjes li l-booking għall-Kors ta’ Kana – Jannar 2017 huwa miftuħ.
………………………………
Fil-Quddiesa tad-9.30am matul il-Ħdud tal-Avvent, it-tfal se jgħamlu mima tal-Vanġelu. Inħeġġu lit-tfal u l-ġenituri biex jattendu. Imbagħad f’tal-11.00am, b’esperiment, fis-sagristja se
ssir spejga tal-Vanġelu għat-tfal organizzata miċ-Ċentru Parrokkjali.
………………………………
Id-Djakonija Tfal se torganizza ħarġa għal Għawdex nhar it-13 ta’ Diċembru, fejn fost l-oħrajn inżuru l-presepju ħaj ta’ Għajnsielem. Dettalji jidhru fin-noticeboard.
………………………………
Il-ġabra b’risq il-vokazzjonijiet Franġiskani laħqet is-somma ta’ €850. Grazzi ħafna.
………………………………
Attivitajiet tal-festa
F’dan il-weekend qed jsir Christmas Bonanza Sale fis-Sala Padova mit-8.00am sat-8.00pm b’affarijiet ġodda u b’irħis tal-Milied. Nhar il-Ġimgħa ser issir bingo night ġewwa l-Każin. Ħin
7.30pm. Il-bingo tal-Erbgħa ssir bħas-soltu.
Nhar is-Sibt 17 ta Diċembru ser issir ħarġa għal Għawdex sabiex nżuru l-presepju ħaj ta’ Għajnsielem u xi presepji oħra. Wara nibqgħu għall-ikel. Dettalji mingħand Brian Vigar.
………………………………
Lucy Azzopardi twieldet għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
0 Comments