Fr Alex Borg OFML-Erbgħa: L-Uffiċċju Parrokkjali mhux se jiftaħ.

Il-Ħamis: JUM IL-ĦAJJA KONSAGRATA Fil-5.00 pm Adorazzjoni f’ ġieħ il-Ħniena Divina. Fis-6.00 pm Quddiesa bit-tberik tax-xemgħa tal-Kandlora.

Il-Ġimgħa : L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-6.30 pm Adorazzjoni Komunitarja.

Il-Ħadd li ġej jmiss il-ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar.
………………………………….

Attivitajiet tal-festa

Is-Sibt u l-Ħadd, bejn it-8.00am u t-8.00pm , qed jsir bazaar fis-sala t’isfel tal-Każin tal-Banda b’risq il-festa. Fl-istess sala nhar il-Ġimgħa se jsir pizza bingo night fis-7.30pm. Prezz €10. Nhar l-10 ta’ Frar se jkun hemm ukoll fl-istess post coffee morning mill-10.00am ‘l-quddiem. Prezz €12. Il-bingo ta’ kull nhar t’ Erbgħa se jsir bħas-soltu.

Fl-istess waqt nixtiequ nagħarrfukom li l-Kummissjoni Festi flimkien mal-Każin Banda Sliema, il-Għaqda tan-Nar u l-Għaqda Żgħażagħ ħadu l-inizjattiva sabiex jirrestawraw l-ventartali tal-artali tal-ġnub li jintramaw fil-festa titulari kif wkoll 4 statwi tal-artal maġġur.

Il-flus, li jinġabru minn dawn il-bingo, qed jmorru kollha għal dan il-għan. Is-somma ta’ dan ix-xogħol jlaħħaq €24,000. Għalhekk l-attendenza tagħkom tkun apprezzata.
………………………………….
Candle

Ethel Rose Farrugia, Stella Casha, Carmen Micallef u Jane Fava twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
………………………………….
………………………………….

Żuru l-website tal-Parroċċa : www.sacrocuorsliema.com