Ilum qed niċċelebraw JUM IL-MISSIER. Nitolbu għall-missierijiet kollha u nawgurawlhom.

Fr Alex Borg OFMIt-Tlieta : Bħala tħejjija għall-festa, fil-Quddiesa tas-6.30pm se ngħamlu Qrar Komunitarju.

L-Erbgħa: Id-Djakonija Anzjani se torganizza ħarġa ta’ nofs’ ta’ nhar għall-anzjani. Tluq mis-Savoy bus stop fid-9.00 am. Filgħaxija nkomplu l-Erbgħat tal-Madonna bi tħejjija għal-festa. Fis-6.30pm Quddiesa minn P. Allister Aquilina O.F.M. Konv. Wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħamis: Fis-5.30pm joħroġ il-Vjatku Solenni. Tkun ħaġa tajba li min jista joħroġ magħna.
Fis-7.00pm Lectio Divina.

Il-Ġimgħa : Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’. Fil-5.30pm Rużarju quddiem Ġesu espost. Fis-6.15pm Għasar. Fis-6.30pm Quddiesa u wara purċissjoni ewkaristika li tgħaddi minn dawn it-toroq: San Trofimu, San Ġwann Battista, Leone, Falzon, Santa Elena, Salvatur, San Alfons u tispiċċa għand is-Sorijiet Franġiskani. Inħeġġu lil kulħadd biex jieħu sehem.

Is-Sibt : Wara l-quddiesa tas-6.30pm jsir il-ħruġ tal-vara tal-Madonna minn niċċa.

Il-Ħadd li ġej (25) fid-9.00am se jsir korteo bl-istatwa tal-Madonna, li jitlaq minn ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali u wara ssir Quddiesa. Nistiednu lill-ġenituri u t-tfal biex jieħdu sehem.
Wara ssir il-preżentazzjoni tat-trabi u t-tfal lil Madonna.
……………………………..

Attivitajiet b’risq il-festa

Din il-ġimgħa jitkompla jitqassam il-ktieb tal-festa. Min ma jkunx id-dar nitolbuh jwassal l-envelop lil Patri Gwardjan jew jpoġġih fil-qfief tal-ġbir. Fuq iz-zuntier qegħdin jinbjgħu xi gadgets tal-festa, kif wkoll qed ssir lotterija. Nhar il-Ħadd li ġej fit-8.30pm se jsir bar-be- que fil-Każin tal-Banda. Biljetti jinkisbu mill-istess każin.