Ilum fil-Quddiesa tad-9.30am 8 tit-tfal se jgħamlu l-Ewwel Tqarbina. Nitolbu għalihom u nawgurawlhom.

Fr Alex Borg OFMIt-Tnejn: Fid-9.30am laqgħa tal-Frattelanza tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

It-Tlieta : Festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova. Waqt il-quddies kollu se jsir it-tberik tal-ħobż u t-tqassim tiegħu.

L-Erbgħa: Inkomplu l-Erbgħat tal-Madonna bi tħejjija għal-festa. Fis-6.30pm Quddiesa minn Patri Allister Aquilina O.F.M. Konv. Wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħamis: Fis-5.30pm Adorazzjoni u fis-7.00pm Lectio Divina.

Is-Sibt : Fl-4.30pm Rużarju quddiem Ġesu espost. Fis-6.00pm Għasar u wara l-Quddiesa, purċissjoni ta’ Corpus Christi, li se tgħaddi minn dawn it-toroq: S.Trofimu, S. Marija, Manwel Dimech, Freres u S. Trofimu. Nħeġġu lil kulħadd biex jieħu sehem u lir-residenti biex jdawwlu l-gallarji.

……………………………………..

Attivitajiet b’risq il-festa

Minn nhar it-Tnejn ser nibdew nqassmu l-ktieb tal-festa fid-djar u niġbru l-arbural bid-donazzjoni tagħkom. Min ma jkunx id-dar, nitolbuh jġib l-envelop miegħu u jitfgħu fil-qoffa tal-ġbir jew jagħtih lil Gwardjan. Peress li din s-sena l-ktieb tal-festa beda jitqassam tard apparti l-membri tal-Kummissjoni Festi, ser jkun hemm xi helpers oħra jiġbru l-arbural, li s-soltu jqassmu l-envelops tat-toroq rispettivi. Nhar it-Tlieta fl-10.00 am ser jsir coffee morning fis-sala ta’ fuq tal-Każin. Il-ħlas se jinkludi l-ikel u l-logħob tal-bingo. L-Erbgħa u l-Ħadd il-bingo se ssir bħas-soltu fis-7.30pm.
……………………………………..

Rita Attard twieldet għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.