Gheziez huti fl-Ordni Frangiskan Sekular,

Ilna issa seba’ xhur “maqfula fic-cenaklu” minhabba l-pandemija Covis-19. Seba’ xhur li matulhom il-laqgha taghna ta’ kull nhar ta’ Tlieta kellna kontra qalbna niccahhdu minnha u nikkuntentaw biss b’messagg virtwali li ghal xi whud ma wasalx ghandhom minhabba li ma ghandhomx access ghall-internet.

Din is-sitwazzjoni sewdet qalb kulhadd ghax il-laqghat taghna ta’ kull gimgha kienu ta’ sostenn spiritwali u ghaliex le, materjali wkoll. Matul dawk il-laqghat deher car is-sens ta’ familja, l-ispirtu ta’ Fraternita Frangiskana.

Din is-sitwazzjoni qed tippreokkupani hafna, l-aktar ghaliex hadd ma jista jghid jew jispekula t-tmiem ta’ din il-pandemija li hakmet id-dinja kollha. Kos, kemm m’ahna xejn, hux? Daqsxejn ta’ mikrobu harbat id-dinja kollha u gab fix-xejn is-suppervja tal-bniedem li haseb li jista jwarrab lil Alla minn hajtu u beda jadura allat ohra, l-allat tal-poter, tas-suppervja, tal-kult, taz-zina, tal-korruzzjoni, tal-flus, l-allat tal-materjalizmu u liberalizmu sfrenat.

Din is-sitwazzjoni geghlietni nahseb u newhden x’jista jsir biex il-Fraternita taghna tibqa hajja u effettiva. Kulhadd jghid li rridu nitghallmu nghixu biha u naddottaw ruhna ghac-cirkostanzi prezenti. Sincerament nemmen, wara hafna talb u riflessjoni, nistghu nergghu nibdew niltaqghu flimkien, naturalment dejjem skond id-direttivi tal-Awtoritajiet tas-Sahha. Jiena u Pauline, bi prudenza kbira, wara li gejna minn Ghawdex, bdejna nzellqu l-idea ma’ dawk li bdejna niltaqghu maghhom il-knisja u sibna rispons pozittiv hafna. L-aktar post addattat kien li nibdew niltaqghu l-knisja, immedjatament wara l-ahhar quddiesa ta’ filghaxija.

Hassejt li qabel ma nqajjem dan is-suggett mall-Kunsill tal-Fraternita, nara kif jahsibha l-Kappillan. Il-Kappillan qabel mieghi u taghna l-permess mehtieg biex nibdew niltaqghu fil-Knisja. Il-Kunsill tal-Fraternita, permezz ta’ laqgha virtwali qabel unanimament li jekk ma jinqala’ xejn, nibdew il-laqghat taghna regolari mill-ewwel Tlieta tax-xahar ta’ Novembru, 2020.

Il-weghda li ghamilna fil-professjoni taghna kienet li nghixu l-evangelju fil-hajja taghna ta’ kuljum. Ahna weghdna li nghixu fuq it-taghlim ta’ Gesu. L-Imghallem taghna qalilna li min irid jimxi warajH irid jichad lilu nnifsu u jerfa’ salibu ta’ kuljum. Forsi din l-pandemija mhix is-salib principali tan-nisrani ta’ llum. Forsi mhux is-salib taghna lkoll? Irridu llkoll kemm ahna nkunu xhieda hajja tal-fidi taghna fil-kelma ta’ Gesu u fuq l-ezempju ta’ Missierna San Frangisk, inhalluh imexxina hu, taht il-harsien tas-Sultana taghna.

Qed nikteb dawn il-hsiebijiet tieghi wara li ghada kemm intemmet il-Quddiesa fil-Bazilka ta’ San Frangisk f’Assisi, li fiha gie beatifikat iz-zaghzugh Carlo Acutis, l-Appostlu ta’ l-Ewkaristija. Hemm hafna xi nghid dwar dan il-beatu zaghzugh liebes il-jeans. Nghidilkom biss li kien ammiratur kbir ta’ Missierna San Frangisk, tant li xtaq jindifen f’Assisi. Sena ilu morna fuq il-qabar tieghu waqt li konna pellegrinagg ma’ Fr Julian. Tiftakru, dawk li kienu maghna? Imma l-qdusija tieghu kienet l-imhabba intima li kellu ma’ l-Ewkaristija. Inheggeg lil kulhadd biex ifittex u jaqra xi materjal fuqu fuq l-internet, specjalment dwar il-website li hu stess bena dwar il-mirakli kollha Ewkaristici li gabar hu stess b’tant imhabba. J’Alla l-imhabba li kellu u t-twemmin li kellu fl-Ewkaristija jixprunawna biex fil-qsim tal-Ewkaristija naraw lil Gesu fil-proxxmu taghna kollu specjalment matul dawn iz-zmienijiet difficli tal-pandemija.

KURAGG HUTI, Alla taghna huwa aktar qawwi minn kull pandemija u jekk hi r-Rieda Tieghu nerghgu nibdew il-laqghat taghna tal-Fraternita, fis-Santwarju dedikat lil Ommu Marija, is-Sultana taghna lkoll.

Talba. Grazzi Mulej talli permezz ta’ huti fil-Fraternita, inti sejjahtli biex taqsam mieghi imhabbtek. Ghinni inkun fidil lejk billi nghix kif jixraq l-istedina li taghmilli ta’ kuljum permezz tal-qari tal-kelma Tieghek.

Nota ahharija: Fr Stephen Sciberras OFM, gie nominat mill-Kappillan bhala d-Direttur Spiritwali tal-Fraternita taghna. Filwaqt li nifirhulu u nawgurawlu, inweghduh il-kooperazzjoni u t-talb taghna.

Peter Darmanin
Ministru