Abbatini Maltin u Għawdxin iltaqgħu mal-Papa Franġisku quddiem Santa Marta. Il-Papa talab li l-ewwel jieħdu ritratt tal-grupp u imbagħad sellem lill-abbatini wieħed wieħed.

Dawn l-abbatini qegħdin l-Vatikan bejn il-5 u t-23 t’Awwissu, biex offrew s-servizz liturġiku fil-Bażilika ta’ San Pietru lbieraħ.

Wara li ttieħed r-ritratt, il-Papa dar u ħa b’idejn kull abbati. Matul il-laqgħa l-Papa rringrazzja lill-abbatini tal-għajnuna u l-impenn tagħhom filwaqt li talabhom biex jitlobu għalih. Fl-aħħar tal-laqgħa l-Papa qal li jrid iberikom, għalhekk għamel waqfa ta’ silenzju, u wara berikhom u tahom kuruna tar-ruzarju filwaqt li rega’ qalilhom biex jitolbu ghalih.

PAPA