1. Illum qed isir il-Bazaar fiċ-Ċentru Sant’ Antnin b’risq il-Parroċċa mit-8.00am sat-8.00pm.
Napprezzaw il-ħidma tal-Helpers u s-support tagħkom.


2. It-Tnejn 2 ta` Novembru, it-Tifkira Solenni tal-għeżież Mejtin.
Niltaqgħu għall-Quddiesa tas-6.00pm biex nitolbu t-Talba tal-Għasar u noffru l-Akbar Tifħir ‘l Alla għad-Don tal-Ħajja ta` dejjem li għaddew fiha l-Għeżież tagħna permezz ta` Oħtna l-Mewt tal-ġisem. Għalihom se noffru l-Quddiesa tas-6.00pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Għadkom tistgħu tieħdu l-karti minn ħdejn il-bibien tal-Knisja biex tiktbuhom, jekk jogħġobkom ixħtuhom flimkien ma donazzjoni fil-kaxxa taħt il-Pulptu.

3. It-Tlieta 3 ta` Novembru, fis-6.30pm il-Laqgħa tal-O.F.S., ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali minn David Pace O’Shea dwar “Is-Salvazzjoni”. Kulħadd jista` jattendi.

4. Il-Ħamis 5 ta` Novembru,fil-5.30pm l-Adorazzjoni u fis-6.30pm issir il-Lectio Divina.

5. Fil-Quddies tas-Sibt filgħaxija u tal-Ħadd se ssir il-Ġabra b’Risq l-Animazzjoni Vokazzjonali
Franġiskana. Bil-ġenerożita` tagħkom tissapportjaw il-ħidma li ssir kull xahar għal żgħażagħ biex jiddixxernu s-sejħa t’Alla għall-ħajja reliġjuża u saċerdotali u li minnhom jiddependi l-futur tal-presenza tagħna fis-soċjeta` u fil-Parroċċa tagħna. Nirringrazzjawkom.

6. Nhar il-Ħadd 8 ta` Novembru, niċċelebraw lil San Martin fil-Quddiesa tat-tfal tad-9.30pm.
Min jixtieq jagħti l- Borża ta` San Martin, irid jibbukkjaha sas-Sibt 7 ta` Novembru, mill-
Bookshop. Il-Boroż se jitqassmu b’xejn, u jitqassmu dawk biss li jkunu ġew ordnati. Kull donazzjoni hija apprezzata.
Dak inhar ukoll, titlaqqa` il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kummissjoni Festi tal-Parroċċa fid-
9.00am.
Nhar is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu fuq iz-Zuntier, se jsir Bejgħ ta` Boroż ta` San Martin u
ħelu relatat ma din il-festa, mill-Kummissjoni Festi.

7. Nhar it-Tnejn 9 ta` Novembru, nibdew iż-Żjara għaċ-Ċimiterju tal-Addolorata bil-Quddiesa fit-8.00am fil-Knisja, fid-8.45am nitilqu għaċ-Ċimiterju, wara l-Ħarġa għal Marsaxlokk.
Booking mingħand Margaret Cini, donazzjoni €10 għat-Trasport.

8. Din il-Ġimgħa, għaddiet għall-Ħajja ta` Dejjem, Rose Muscat. Agħtiha Mulej il-mistrieħ ………. .

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433