1. Il-Ħadd 4 t’Ottubru, Jum il-Festa ta` San Franġisk.
Fl-10.30am Manifestazzjoni bl-Istatwa tal-Qaddis bis-sehem tal-Banda Sliema u jsiru rappresentazzjonijiet b’Messaġġ Franġiskan fit-toroq bis-sehem tat-tfal u l-Preteens.
F’12.00pm isir it-Tberik tal-Annimali fuq iz-zuntier.
Fin-12.30pm l-Ikla tal-Festa fil-Każin.
Fis-6.15pm niltaqgħu fil-Knisja tagħna tal-Belt għall-Quddiesa tal-Festa mill-Provinċjal flimkien mal-Provinċja Franġiskana.
2. Din il-Ġimgħa jibda l-Katekiżmu.
Għada t-Tnejn Sena 1, 2, u 3 ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali fil-5.00pm.
Il-lezzjonijiet bi tħejjija għall-Giżma jibdew l-Erbgħa fil-5.30pm fiċ-Ċentru Sant’Antnin.
Il-Klassijiet l-oħra jibdew il-Ħamis fil-5.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
3. It-Tlieta 6 t’Ottubru, filgħaxija il-Knisja ma tiftaħx minħabba ċ-Ċelebrazzjoni tal-50 Sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali ta` ħuna P.Pawl Galea O.F.M. fil-Knisja tagħna tar-Rabat. Nitolbu għalih u napprezzaw il-presenza u l-ħidma tiegħu fil-Parroċċa. Ad Multos Annos.
4. Nhar l-Erbgħa jibdew il-laqgħat tal-Anzjani fid-9.30am ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Fis-7.30pm tibda t-Tombla kull ġimgħa fiċ-Ċentru Sant’Antnin.
Il-presenza tagħkom tgħin biex nibdew nieħdu ħsieb il-bżonnijiet urġenti taċ-Ċentru.
Għall-istess skop se jkun organizzat Bazaar fil-weekends: 10 u 11; 17 u 18; 24 u 25; 31 t’Ottubru u fl-1 ta` Novembru mit-8.00am sat-8.00pm.
5. Il-Ħamis 8 t’Ottubru, wara l-Quddiesa ta` filgħaxija terġa tibda ssir il-Lectio Divina.
6. Il-Ġimgħa 9 t’Ottubru, se ssir Laqgħa Importanti għall-Ġenituri tat-tfal li jattendu għall-Katekiżmu, fil-Knisja fis-7.00pm. L-attendenza hija apprezzata.
7. Il-Ġabra li saret b’risq il-Missjonijiet Franġiskani kienet €1,940. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita`.
8. Il-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa se jorganizza Kors Bibliku dwar is-Salmi, fl-uffiċċju tal- Kummissarjat kull nhar ta` Ħamis mit-8 t’Ottubru sas-17 ta` Diċembru fl-10.00am. L-applikazzjonijiet jagħlqu għada t-Tnejn.
9. Infakkrukom fil-bidla fil-ħinijiet tal-Quddies tal-weekend mis-17 t’Ottubru ‘l quddiem.
Ħudu fuljett bid-dettalji minn ħdejn il-bibien tal-Knisja. Grazzi tal-koperazzjoni.
10. Matul din il-ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta` Dejjem Lina Micallef. Agħtiha Mulej il mistrieħ ta`
dejjem ………. .
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433

0 Comments