1. Il-Ħadd 20 ta` Settembru, l-aħħar ġurnata għar-Reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu 2026/2027, mill-10.15am sa 12.00pm fl-Uffiċċju Parrokkjali.
Fid-9.30am fil-Quddiesa għat-tfal tissejjaħ il-Barka t’Alla fuq it-Tfal, għalliema u LSEs, basktijiet u affarijiet utli għas-Sena Skolastika. Tingħata tifkira lit-tfal kollha.

2. It-Tnejn 21 ta` Settembru, fis-7.30pm issir il-Laqgħa tal-Ushers.

3. It-Tlieta 22 ta` Settembru, jibdew il-Laqgħat ta` kull ġimgħa tal-O.F.S. fis-7.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokjali. Peter Darmanin jagħmel ir-Riflessjoni “Jien it-Triq, il-Verita` u l-Ħajja”. Kulħadd jista` jattendi.

4. Il-Ħamis 24 ta` Settembru, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni.
Fis-7.00pm Laqgħa mportanti għal-Letturi u l-Animaturi ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd imħeġġeġ jattendi.
Fis-7.30pm Tombla fiċ-Ċentru Sant’Antnin b’risq il-Manutenzjoni tal-Koppla.

5. Il-Ġimgħa 25 ta` Settembru, l-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, fis-6.30pm se jiċċelebra Pontifikal Solenni fil-Kattidral tal-Imdina għall-Familji Franġiskani fit-800 Sena mill-Mewt ta` San Franġisk t’Assisi. Kulħadd imħeġġeġ jattendi.
Fit-8.00pm l-Ikla b’risq il-Festa fil-Każin Banda Sliema, organizzata mill-Kummissjoni
Festi tal-Parroċċa u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema. Booking għadu miftuħ.

6. Is-Sibt 26 ta` Settembru, ‘Mixja għall-Kawża tad-Dimensja’ fid-9.30am minn quddiem il-Bini tal-Parlament, il-Belt. L-Attivita` tispiċċa f’12.00pm.

7. Il-Ħadd 27 ta` Settembru, niftħu l-Festi f’ġieħ San Franġisk, fit-800 Sena mill-Mewt tiegħu b’Solidarjeta` mal-Evanġeliżazzjoni u l-Missjunarji Franġiskani għal Dinja Aħjar.
Il-Ġbir fil-Quddies kollu tas-Sibt u l-Ħadd se jsir mill-Patrijiet barranin li qed jgħixu fil- Provinċja tagħna u jkun b’risq l-Artijiet Missjunarji rispettivi tagħhom.
Fin-Notice Boards hemm il-Programm tal-Festa ta` San Franġisk dettaljat.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433