1. It-Tlieta 10 ta` Frar, il-Festa tan-Nawfraġju ta` Missierna San Pawl, f’Malta.
Hija festa kmandata, għalhekk il-ħinijiet tal-Quddies ikun bħal tal-Ħdud, u l-Quddiesa tat-Tnejn, lejlet il-festa fis-6.00pm tissodisfa l-obbligu tal-Quddiesa.

2. It-Tlieta, f’jum il-festa, fl-10.00am se jsir Bingo English Breakfast fiċ-Ċentru Sant’Antnin b’risq il-Manutenzjoni tal-Knisja. Donazzjoni ta` €20.
3. L-Erbgħa 11 ta` Frar, niċċelebraw l-Ewwel Dehra tal-Madonna f’Lourdes u Jum il-Morda.Fil-Quddiesa tad-9.00am jiġi amministrat is-Sagrament tal-Morda.
4. Il-Ħamis 12 ta` Frar, fil-5.30pm l-Adorazzjoni.
Fis-6.00pm, f’Jum l-Ushers, il-Quddiesa tkun għall-membri Ħajjin u Mejtin tal-Għaqda tal-Ushers. Fis-6.30pm il-Lectio Divina.
5. Infakkru lill-Parruċċani li jixtiequ ż-żjara mill-Patrijiet u t-tberik tal-familja biex jieħdu formola minn ħdejn il-bibien tal-Knisja, jimlewha u jixħtuha fil-kaxxa ta` taħt il-Pulpltu sal-Ħadd 1 ta` Marzu.
Kull Familja jsirilha appuntament mill-Uffiċċju Parrokkjali dwar id-data u l-ħin.
6. Infakkru wkoll fil-ħlas ta` kull sena lill-Fratellanza tas-Sagrament, €10 lill- Kappillan u lill-membri tal-Għaqda “Ħbieb tas-Santwarju”, €25 lis-Sur Francis Cuschieri.
7. L-Ammont li nġabar sal-Ewwel Ħadd ta` Frar bejn donazzjonijiet u l-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju, kien €4,550.
Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita`, tas-sehem tagħkom fl-attivitajiet u fl-iskema tal-€1 fil-ġimgħa fil-kaxxi tal-Fondazjoni b’risq il-Manutenzjoni li hemm ħdejn il- bibien tal-Knisja.
8. Din il-ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta`Dejjem, Sandra Dimech.
Agħtiha Mulej il-mistrieħ ta` dejjem ……………
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433

0 Comments