1. Illum il-Festa tal-Ħniena Divina.
Fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Quddiesa.
2. It-Tnejn 28 t’April, jerġgħu jibdew il-Klassijiet tal-Katekiżmu.
It-tfal li għad għandhom il-Karus tal-Imħabba għandhom jgħadduh lill-Katekisti.
It-Tnejn ukoll jiftaħ l-Uffiċċju Parrokkjali.
3. It-Tlieta 29 t’April, l-O.F.S. jiltaqgħu għal-laqgħa minn P. Anton Farrugia Pisani O.F.M. ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan fis-7.00pm.
Mistieden kulħadd.
4. Il-Ħamis l-1 ta` Mejju, Festa ta` San Ġużepp Ħaddiem, Festa Pubblika.
Il-Quddiesa ikun bħal fost il-ġimgħa.
Bejn id-9.00am u s-1.30pm “Sports Day” għat-tfal f’Villa Schinas.
Fis-6.00pm, l-Adorazzjoni.
5. Il-Ġimgħa 2 ta` Mejju, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, isir it-Tqarbin lill-anzjani fid-djar mill-Patrijiet.
6. Is-Sibt 3 ta` Mejju, niltaqgħu għall-Assemblea Parrokkjali bejn id-9.00am u 12.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Importanti s-sehem tal-parroċċani biex niddiskutu l-qagħda presenti u l-futur tal-Parroċċa, iggwidati minn Profs. Nadia Delicata.
7. Il-Ħadd 4 ta` Mejju l-Ewwel Ħadd tax-Xahar. Għalhekk issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Mantutenzjoni tas-Santwarju.
Fil-ġimgħat li ġejjin se jintrama` l-iscaffolding u jibda x-xogħol fuq il-5 koppli fuq barra.
Wara l-Festa tal-Madonna jitkompla x-xogħol taż-żebgħa fuq wara tal-Altar fejn hemm l-Altari tas-Sagrament u ta` San Franġisk u l-kumplament.
Ngħarrfukom li mill-€905 li tajtu għall-fjuri tal-Vari u s-Sepulkru, l-ispiża kienet €820.
Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita` li dejjem turu magħna.
8. Din il-ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem, il-Q.T. l-Papa Franġisku, Tereża Micallef u
Joseph Cassar.
Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta` dejjem……….
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments