1. Illum il-Ħadd issir il-laqgħa Ġenerali għall-membri tal-Kummissjoni Festi mid-9.30am il-quddiem.
Fiha jinqara r-Rapport Annwali u jiġi ffurmat il-Kumitat il-ġdid.
Napprezzaw u nirringrazzjaw lill-Kummissjoni għall-ħidma kontinwa li twettaq is-sena kollha b’risq is-Santwarju w il-Kunvent, l-aktar fil-festi priċipali tal-Parroċċa.


2. Illum il-Ħadd se niċċelebraw il-Festa ta` San Martin għat-tfal fil-Quddiesa tad-9.30am.
San Martin iqassam il-Borża tradizzjonali lit-tfal li kienu bbukkjati minn qabel.
Fuq iz-zuntier, il-Kummissjoni Festi qed tbiegħ frott, ħelu u boroż ta` San Martin.

3. It-Tnejn 11 ta` Novembru, min ġej iċ-Ċimiterju magħna, niltaqgħu hawn fil-Knisja għall- Quddiesa
fit-8.00am, u fid-8.45am nitilqu mis-Savoy Bus Stop.
Wara ċ-Ċimiterju, immorru Marsaxlokk. Niġu lura fis-1.00pm.
Booking mingħand Marianne Bonaci u Margaret Cini.
It-Tnejn ukoll, wara l-Quddiesa ta` filgħaxija ssir il-laqgħa tal-Ushers.

4. It-Tlieta 12 ta` Novembru, wara l-Quddiesa tas-6.30pm issir il-laqgħa tal-O.F.S. minn Peter Darmanin bit-tema: “Bil-fardal jew fuq il-pedestall?” Kulħadd mistieden.

5. Il-Ħamis 14 ta` Novembru fis-6.00pm l-Adorazzjoni u l-Lectio Divina fis-7.00pm.

6. Il-Ġimgħa 15 ta` Novembru fis-7.00pm issir il-prova għall-parrini u l-kandidati li se jersqu għall-Griżma tal-Isqof nhar il-Ħadd 17 ta` Novembru waqt il-Quddiesa tad-9.30am.
Is-Sagrament tal-Griżma se jamministrah l-E.T. Mons. Ġorġ Frendo O.P..
Għalhekk il-Ħadd li ġej il-Quddiesa tal-11.00am issir fil-11.30am.

7. Is-Sibt 16 ta` Novembru se ssir Laqgħa Vokazzjonali għas-subien fil-Kunvent tagħna tal-Ħamrun bejn il-5.00pm u t-8.00pm.

8. Il-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni tal-Knisja kienet €3,885.00.
Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita` kbira u għall-kuraġġ li qed insibu fikom.
Apprezzata, kull donazzjoni fil-Kaxxa tal-Fondazzjoni jew lill-Kappillan.

9. Is-Sibt 23 ta` Novembru il-Kummissjoni Festi u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema se jorganizzaw Turkish Night fil-Każin Banda Sliema fit-8.00pm. Booking miftuħ.

10. Infakkru li kull min jixtieq jiġi magħna Assisi bejn il-21 u s-27 ta` Lulju, jista` jibbukkja għand il-Kappillan jew P. Julian, iħallas depositu ta` €250 flimkien ma kopja tal-Passaport u n-numru tal-mobile.

11. Ngħarrfukom li beda jsir il-booking tal-Quddies għall-Mejtin għas-Sena l-ġdida.
Mal-booking, tingħata donazzjoni ta` €7 kull Quddiesa.

12. Il-Ġbir li jsir fil-Quddies kollu tas-Sibt u l-Ħadd li ġejjin imur għall-Iskejjel tal-Knisja.

Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433