1. Illum qed niċċelebraw lil San Franġisk. Il-Quddiesa tat-tfal, fid-9.15am.
Fl-10.00am il-Manifestazzjoni bl-istatwa ta` San Franġisk bis-sehem tal-Banda Sliema.
Kull min se jġib l-annimali għat-tberik jimxi fil-manifestazzjoni.
Se jsiru tlett waqfiet għat-teatru fit-triq dwar il-ħajja ta` San Franġisk.
Wara l-Quddiesa tal-11.00am isir it-tberik tal-annimali fuq iz-zuntier.

2. It-Tnejn 7 t’ Ottubru, Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Jum ta` talb għall-Paċi mad-dinja kollha, kif esiġa l-Q.T. il-Papa Franġisku, f’din is-siegħa tant imwiergħa ta` Gwerra bejn il-Lebanon u Iżrael.
Fis-6.00pm ejjew ningħaqdu għat-Talba tar-Rużarju quddiem Ġesu` Espost u nitolbu wkoll għall-Art Imqaddsa.
Ottubru kollu fis-6.00pm ir-Rużarju se nitolbuh quddiem Ġesu` espost.

3. It-Tlieta 8 t’ Ottubru wara l-Quddiesa tas-6.30pm jiltaqgħu l-O.F.S. għall-laqgħa ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Ir-riflessjoni ssir minn P. Julian Sammut O.F.M..
Kulħadd mistieden.

4. Il-Ħamis 10 t’ Ottubru fis-6.00pm jkun hawn l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa terġa` tibda ssir il- Lectio Divina.

5. Il-Ġimgħa 11 t’ Ottubru fis-6.30pm se jkun hawn il-Quddiesa animata għall-Fejqan u Ħelsien Fiżiku
u Spiritwali.

6. Mill-ġimgħa d-dieħla jibdew iz-zjajjar lill-Familji tal-Parroċċa, kull nhar ta` Tlieta, l-Ħamis u l-Ġimgħa, mill-5.00pm il-Quddiem. Il-familji jkunu avżati minn ġimgħa qabel

7. Id-donazzjonijiet miġbura għall-E.T. Mon. Anġlu Falzon, l-Isqof il-ġdid Franġiskan, fil-Honduras kienu €800.
Il-ġabra li saret il-ġimgħa l-oħra għall-Festa ta` San Franġisk kienet €835.
Nirringrazzjawkom mill-qalb.

8. Il-Bazaar b’risq il-Manutenzjoni tal-Knisja fi Triq Manwel Dimech, ikompli sal-Ħadd 13 t’Ottubru.
Napprezzaw is-sapport tagħkom, issa li fil-ġimgħat li ġejjin se tibda tinżebagħ il-knisja.
Napprezzaw ukoll l-offerta tagħkom fil-ġabra tal-lum kif ukoll id-donazzjonijiet li toffru lill-Kappillan.

9. Għad baqa` l-postijiet għall-Pellegrinaġġ t’Assisi bejn il-21 u s-27 ta` Lulju 2025. Min jixtieq jiġi,
possibilment ma jdumx biex jibbukkja għand il-Kappillan jew P. Julian Sammut O.F.M.. Mal-booking jingħataw €250 depożitu, kopja tal-Passaport u n-numri tal-Karta tal-Identita` u tal-mobile.

10. Matul din il-ġimgħa għadda għall-ħajja ta` dejjem Edward Saliba.
Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta` dejjem ……………

Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433