1. It-Tnejn 4 ta` Novembru ma jkunx hawn Katekiżmu għat-tfal tal-ewwel, it-tieni u t-tielet Sena.
2. Matul ix-xahar ta` Novembru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-Quddiesa tas-6.30pm, nitolbu għall-mejtin li ktibtu.
3. It-Tlieta 5 ta` Novembru, ssir il-laqgħa tal-O.F.S. ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali wara l-Quddiesa tas-6.30pm minn P.Julian Sammut O.F.M.
Kulħadd mistieden.
4. It-Tlieta, l-Ħamis u l-Ġimgħa inkomplu biż-żjajjar lill-familji mill-5.00pm il-quddiem. Dawn ikun avżati minn qabel.
5. L-Erbgħa 6 ta` Novembru fil-5.30pm isir il-Qrar għat-tfal li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof.
6. Il-Ħamis 7 ta` Novembru fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm Lectio Divina.
7. Il-Ħadd 10 ta` Novembru, niċċelebraw il-festa ta` San Martin fil-Quddiesa tad-9.30am. San Martin se jiġi jżur u jiddjaloga mat-tfal u jqassmilhom il-boroż.
Min jixtieq jibbukkja borża b’donazzjoni ta` €5 mingħand Brian Vigar jew Margaret Cini sal-Erbgħa 6 ta` Novembru.
Qed nagħmlu appell ukoll biex it-tfal iġibu magħhom frott u pakketti t’ikel biex bħal San Martin jaħsbu u jgħinu persuni fil-bżonn.
Kull ma ġġibu jkun offrut lir-residenti tad-“Dar Osanna Pia” fi Triq Rudolfu.
8. Is-Sibt 9 u l-Ħadd 10 ta` Novembru, fil-festa ta` San Martin, il-Kummissjoni Festi se torganizza bejgħ ta` Ġewż, Lewż, Qastan, Tin u Boroż ta` San Martin fuq iz-zuntier.
9. It-Tnejn 11 ta` Novembru, se norganizzaw Żjara fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata u nkomplu b’ ħarġa sa Marsaxlokk.
Ikollna Quddiesa fit-8.00am fil-Knisja u fid-8.45am, nitilqu mis-Savoy Bus Stop.
Niġu lura minn Marsaxlokk fis-1.00pm.
Booking mingħand Marianne Bonaci u Margaet Cini. Donazzjoni ta` €10 mal-Booking.
10 Matul din il-ġimgħa għaddiet għall-ħajja ta` dejjem Maria Mifsud.
Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta` dejjem ……………
Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments