1. Għada t-Tnejn 20 ta` Mejju, il-Ħarġa għal Għawdex. Nitilqu fis-7.00am mis-Savoy Bus Stop. Ikollna l-Quddiesa fil-Knisja tagħna Għajnsielem, nieklu x-Xlendi, żjara s-Santwarju ta` Pinu fost oħrajn u niġu lura mal-Vapur tas-6.00pm. L-Uffiċċju Parrokkjali ma jiftaħx.


2. It-Tlieta 21 ta` Mejju, il-laqgħa tal-O.F.S. wara l-Quddiesa tas-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Pauline Darmanin titkellem dwar “Il-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu.” Kulħadd mistieden.

3. L-Erbgħa 22 ta` Mejju, t-Tieni Erbgħa ta` Tħejjija Spiritwali għall-Festa tal-Madonna. Mistiedna l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, l-Ushers u kull min jagħti servizz fil-Knisja.
Fis-6.00pm in-Novena, fis-6.30pm Quddiesa bl-Omelija minn P. Aaron Zahra O.P.
L-attendenza f’dawn l-Erbgħat hija apprezzata.

4. Il-Ħamis 23 ta` Mejju, fil-5.30pm ikomplu z-Żjajjar lill-familji tal-Parroċċa.
Fis-6.00pm Adorazzjoni u Lectio Divina wara l-Quddiesa.
Fis-7.30pm issir il-laqgħa fil-Knisja, għall-ġenituri u t-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina l-Ħadd 26 ta` Mejju.

5. L-aħħar Sibt, 25 ta` Mejju niċċelebraw is-Solennita` Liturġika tas-Sultana Tagħna tal-Qalb ta` Ġesu`, Padruna tal-Parroċċa.
Għalhekk il-Ġimgħa 24 tax-Xahar fis-6.30pm Quddiesa Solenni bit-Talba tal-Għasar. Fiha ssir il-Vestizzjoni tal-Membri Ġodda fil-Fratellanza tal-Madonna.
Fit-8.00pm l-Ikla tal-Festa organizzata mill-Kummissjoni Festi u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema, fl-istess Każin,
donazzjoni ta` €20.
Dakinhar ma jsirux iz-Żjajjar lill-Familji.

6. Is-Sibt 25 ta` Mejju f’Jum is-Sultana Tagħna fid-9.00am, il-Quddiesa tal-Festa bit-Tifħir ta` Sbieħ il-Jum.

7. Il-Ħadd 26 ta` Mejju, Jum l-Ewwel Tqarbina ta` 13 il-tifel u tifla fil-Quddiesa tad-9.30am.
It-Tfal jiltaqgħu ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali fid-8.45am, fid-9.15 niġu proċessjonalment sal-Knisja.
Dakinhar il-Quddiesa tal-11.00am tkun fil-11.30am.

8. Il-Ġabra b’risq l-Animazzjoni Vokazzjonali li saret il-weekend li għadda kienet ta` €1,699.00.
Fra Lorry jirringrazzjakom.

9. It-Tmexxija tal-Pre-Teens javżaw li qed jilqgħu l-ordnijiet għat-T-Shirts għat-tfal bejn il-5 u s-16 il-Sena li ser jingħataw b’xejn u jintlibsu dak in-nhar tal-Attivita` – Festa Tfal , il-Ħadd 30 ta` Ġunju. L-ordnijiet qed jintlaqgħu minn Margaret Cini u Cecilia Simiana fil-Bookshop. Nirringrazzjaw it-tfal u l-ġenituri tal-paretċipazzjoni. Dak in-nhar jitħabbru r-rebbieħa tal-isbaħ disinn. Id-Disinji kollha se jitqiegħu fuq board u jingħataw lura lit-tfal.

10. Ħuna P. Anġlu Falzon O.F.M., li ilu 39 sena missjunarju f’Comayagua, l-Honduras, dil-ġimgħa ġie maħtur isqof mill-Q.T. Papa Franġisku. Nitolbu għalih u nawgurawlu Kuraġġ, Saħħa u Fedelta` fil-ħidma ġdida tiegħu.

 

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433