1. It-Tlieta 27 ta` Frar, wara l-Quddiesa tas-6.00pm jiltaqgħu l-Franġiskani Sekulari ħdejn l-
Uffiċċju Parrokkjali. Tony Mahoney jitkellem dwar: “Kristu li ma kienx iħobb teatrini u maskri”.
Kulħadd mistieden.
2. Il-Ħamis 29 ta` Frar, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa l-Lectio Divina.

3. Il-Ġimgħa 1 ta` Marzu, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar isir it-tqarbin lill-anzjani fid-djar.
Fil-5.30pm ikun hawn il-Qrar u fis-6.00pm, il-Quddiesa bl-Għasar u l-Omelija minn P.Raymond Falzon O.F.M.. Issir il-ġabra b’risq “Dar Bjorn”. Inħeġġukom biex tagħtu karita` f’dan ir-Randan lil din id-Dar li tieħu ħsieb persuni bl-ALS. Ixħtu d-donazzjoni fil-kaxxa ta` taħt il-pulptu.

4. Il-Ġimgħa wkoll, il-Kummissjoni Festi se torganizza Quddiesa fis-7.30pm għall-Voluntiera kollha li jaħdmu għall-festa, fil-maħżen tal-armar tal-festa fi Triq San Ġwann Battista. Wara ssir laqgħa soċjali.

5. L-Għaqda Vokazzjonijiet Franġiskani se torganizza Weekend ta` Esperjenza fil-Kunvent bejn l-1 u 3 ta` Marzu għall-persuni ta` bejn 16 u 30 sena fil-Fraternita` tar-Rabat. Aktar dettalji fil-Facebook Page tal-Għaqda.

6. Il-Ħadd 3 ta` Marzu, l-Ewwel Ħadd ta` Marzu, issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Proġett tal- Manutenzjoni tal-bjut tal-Knisja, li qed isir f’dawn il-ġimgħat.
Nerġgħu nfakkrukom li tistgħu tgħinuna niġbru il-fondi billi toffru donazzjoni ta` €200 lis- Santwarju jew billi tieħdu biljett tal-Lotterija ta` Weekend Break għal tnejn. Nirringrazzjawkom tas-support.

7. Infakkrukom tieħdu formola minn ħdejn il-bibien tal-Knisja, biex nistgħu nippjanaw iż-żjarat tal-Patrijiet f’darkom biex niltaqgħu magħkom u nberkukhom. Titilfux din l-inizjattiva bżonnjuża għat-tisħiħ tal-Komunita` Parrokkjali. Min tafu li ma jiġix u jixtieq li mmorru aħna, ħudulu formola. Hemm żmien sal-31 ta` Marzu.

8. Se norganizzaw Pellegrinaġġ għall-Kurċifiss Mirakuluż ta` Ġieżu l-Belt, it-Tlieta 12 ta` Marzu.
Nitilqu fl-4.30pm mis-Savoy Bus Stop u jkollna l-Quddiesa fis-6.15pm. Biljetti mingħand Marianne Bonaci jew mill-Book Shop.

9. Il-Ġabra li saret b’risq is-Seminarju kienet ta` €700.

10. Matul din il-Ġimgħa għadda għall-ħajja ta` dejjem Victor Debono.
Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta` dejjem ……….

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433