1. It-Tnejn 11 ta` Diċembru, jiltaqgħu l-membri Franġiskani Sekulari ħdejn l-Uffiċċju
Parrokkjali wara l-Quddiesa tas-6.00pm.
Taħdita minn Peter Darmanin “X’fettillek Mulej tiġi fostna”. Kulħadd mistieden.
2. It-Tlieta 12 ta` Diċembru, fil-4.45pm jitlaq it-Trasport minn Savoy Bus Stop għall-Qawra,
għal min ġej magħna għaċ-Ċelebrazzjoni tat-800 Sena tal-Presepju ta` Grecco.
Fit-8.00pm Christmas Dinner organizzat fil-Każin Banda Sliema, mill-istess Każin flimkien
mall-Kummissjoni Festi. Booking miftugħ.
3. Il-Ħamis 14 ta` Diċembru fil-5.30pm Adorazzjoni u Lectio Divina wara l-Quddiesa tas-
6.00pm.
4. Il-Ġimgħa 15 ta` Diċembru tibda n-Novena tal-Bambin.
Fil-5.30pm Rużarju Meditat quddiem Ġesu` Espost u fis-6.00pm l-Quddiesa bl-Omelija minn P. Julian Sammut O.F.M..
Fis-7.00pm bħala għeluq tal-100 Sena mit-twaqqif tal-Banda Sliema, Programm Mużikali tal-Milied fil-Knisja bis-sehem tal-Kor tat-tfal tal-Parroċċa.
5. Is-Sibt 16 ta` Diċembru, l-Għaqda Vokazzjonijiet Franġiskani se torganizza l-laqgħa tal-Milied għall-Abbatini subien fil-Kunvent tagħna r-Rabat u jfakkru t-800 Sena tal-Ewwel Presepju.
6. Il-Ħadd 17 ta’ Diċembru, stedina lit-tfal iġibu l-Bambini u Presepji għat-tberik fil-Quddiesa tad-9.30am.
7. Il-Kors ta` Kana se jibda fil-Parroċċa l-Ħamis 11 ta` Jannar fis-7.30pm fiċ-Ċentru Sant’Antnin. L-applikazzjonijiet mingħand il-Kappillan.
8. Matul dil-Ġimgħa komplew jingħataw aktar donazzjonijiet għall-Proġett tal-Manutenzjoni tal-bjut tal-Knisja, €1,900. Il-Ġabra Speċjali kienet ta` €1,666.67. B’ kollox s’issa ġbarna €5,366.67. Qed napprezzaw il-ġenerożita` kbira tagħkom filwaqt li nkomplu nħeġġu lilmin jista` joffri donazzjoni ta` €200 kif u meta jixtieq.
9. Din il-ġimgħa għaddiet għall-ħajja ta` dejjem Maria Concetta Borg.
Agħtiha Mulej il-mistrieh ta` dejjem…………
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments