1. Illum nawguraw lill-Kappillan, lill-Kleru u l-Komunita` Parrokkjali ġirien tagħna fl-okkażżjoni tal-festa tal-Patrun tagħhom San Girgor.
Nawguraw ukoll lill-Kappillan u l-Komunita` Dumnikana u l-Parruċċani ta’ Ġesu` Nazzarenu fl-okkazzjoni tal-50 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa f’ tas-Sliema.
Nwegħduhom it-talb u l-koperazzjoni tagħna.

2. Għada / illum il-Ħadd, Fra Andre` Bonaci, Fra Christopher Bilocca u Fra Darren Abela jintrabtu bl-ewwel wegħdiet fl-Ordni Franġiskan fis-6.00pm fil-Parroċċa ta’ l-Ibraġġ.
Nitolbu għalihom.

3. Min jixtieq isir membru fil-Konfraternita` tal-Madonna tas-Sacro Cuor għandu javviċina lis-Sinjuri Marianne Bonaci u Joe Debono. Il-vestizzjoni tal-membri ġodda se ssir nhar l-Erbgħa 27 ta’ Settembru fis-6.30pm fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ħames Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tal-istatwa tas-Sultana Tagħna.

4. L-Għaqda tal-Ushers qed tagħmel sejħa biex aktar irġiel jingħaqdu magħhom fl- impenn tagħhom
biex jgħinu fiċ-ċelebrazzjonijiet u ż-żamma tal-Knisja.
Kull persuna interessata hi apprezzata u għandha tavviċina lis-Sinjuri Patrick Spiteri u Joe Debono.
Qed issir sejħa ukoll lill-irġiel u nisa li jixtiequ jibdew jagħtu servizz ta’ Letturi waqt iċ-ċelebrazzjonijiet
fil-Knisja.
Kull min hu interessat ikellem lis-Sur Francis Cuschieri.

5. Ir-reġistrazzjoni tat-tfal għas-Sena Kateketika li tibda f’ Ottubru, se tkun:
 Il-Ħadd 17 ta’ Settembru bejn l-10.15am u 12.00pm
 It-Tnejn 18 ta’ Settembru bejn il-5.00pm u is-7.00pm
 Il-Ħadd 24 ta’ Settembru bejn l-10.15am u 12.00pm.

6. Il-Kummissjoni Festi tavża li se torganizza Water Games f’ Villa Schinas għat-tfal bejn 3 u 13 il-sena, nhar is-Sibt 16 ta’ Settembru bejn l-10.00am u 1.00pm. Waqt il-logħob jingħata ukoll snack.
Booking għand Brian Vigar, donazzjoni ta’ €12.
Tavża ukoll li kull nhar ta’ Erbgħa u l-Ħadd issir it-tombla fil-Każin Banda sliema fis-7.30pm.

7. L-Uffiċċju Parrokkjali se jkun magħluq nhar l-Erbgħa 6 u t-Tnejn 11 ta’ Settembru.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433