Kif qal l-Arċisqof Charles Scicluna, niftakkru u nsellmu bi gratitudni l-ħidma u l-memorja tal-Papa Emeritus Benedittu XVI. Benedittu XVI kien wieħed mill-aktar teologi kreattivi taż-żminijiet moderni, ħalla warajh għadd kbir ta’ kotba u kitbiet importanti. Hu kellu wkoll mħabba qawwija għall-pajjiżna u kien Benedittu XVI li kkanonizza l-maħbub Dun Ġorġ Preca fl-2017 fejn talab bil-Malti “San Ġorġ Preca, itlob għalina.”
Wieħed minn ħafna eżempji tal-ħila teoloġika ta’ Benedittu XVI huwa meta, fil- Angelus, 7 ta’ Awwissu, 2011, uża silta mill-Evanġelju (Mt 14:22-33) biex jgħati lezzjoni verament sabiħa. F’din is-silta Pietru ried jimxi fuq il-baħar qawwi lejn Ġesù. Għall-Papa Benedittu l-baħar jissimbolizza din il-ħajja u l-instabilità tad-dinja viżibbli; il-maltemp jindika kull tip ta’ prova jew diffikultà li tgħakkes lill-bnedmin. Id-dgħajsa tirrappreżenta l-Knisja, mibnija minn Kristu u mmexxija mill-Appostli.
Infatti, din is-silta tgħallimna tlett lezzjonijiet sbieħ:
1. Il-Paċi Ma Tinstabx Fl-Assenza Tal-Maltempata, Imma Fil-Preżenza Ta’ Ġesù.
2. Mingħajr Ġesù Int Se Tegħreq
Il-mixja ta’ Pietru fuq l-ilma kienet qasira – meta nneħħu għajnejna minn fuq Ġesù l-maltempati tal-ħajja se jirbħuna malajr. Niġu miġbudin fit-tentazzjonijiet, niġu megħluba mill-ħajja, ninsew min hu fil-kontroll. Fil-fatt, il-ħajja hija mimlija maltempati, anke maltempati kbar! Sakemm inżommu għajnejna fuq Ġesù, nistgħu nimxu fuq l-ilma, fuq il-maltempati tal-ħajja.
3. Il-Qima Hija t-Tweġiba Tagħna
Ejjew intemmu kull jum u kull mument ta’ ħajjitna kif Papa Emeritus Benedittu XVI temm ħajtu u ngħidu, “Ġesù, inħobbok!”.
0 Comments