L-UMILTA TA’ MARIJA
L-umilta kbira ta’ Marija qatt ma nistghu nimmaginawha. Hi kienet l- Immakulata Koncezzjoni……. perfetta f’kollox. Marija garret kull virtu go qalba. Hi l-Eva l-gdida, l-Omm gdida tal-hajjin. Hi onorata bhala r-Regina tas-Sema u ta’ l-Art ghall- eternita.
Marija kellha kull ragun biex titkabbar u tippretendi l-unur u r-rispett matul hajjitha, izda fl-umilta taghha, ma ppretendit ebda
dritt. Hi qatt ma talbet xi haga ghaliha, izda dejjem ghal haddiehor. Meta fit-tieg ta’ Kana avvicinat lil Gesu u gharfitu bis-sitwazzjoni
tan-nuqqas ta’ l-inbid, hi qatt ma marret b’wiccha minn quddiem u tghidlu…”Ibni jiena ommok u trid taghmel dak li nghidlek jien.”
Forsi mhux hekk naghmlu ahna mat-tfal taghna. Izda hi le. Qatt ma talbet xi haga mportanti ghaliha izda accettat biss li tkun Omm.
F’riflessjoni li ghamel Patri Raniero Cantalamessa, OFM Cap, fid-dar tal-Papa waqt l-Ezercizzi Spiritwali, hu rrefera ghal kliem ta’ San Pawl fl-ittra lil Filippin (1:5-11) fuq il-Vergni Marija: “Marija qatt ma fittxet dak li hu taghha ghad li kienet Omm Alla, izda hi nezat minn kollox u sejjhet lilha nfisa “Qaddejja” u ghexet b’ semplicita u faqar bhal kull mara ohra. Hi kienet umli u baqet mohbija, b’ubbidjenza totali lejn Alla sal-mewt ta’ Binha fuq is-salib. B’ hekk Alla gholliha fuq kull isem fis-sema u fuq l- art u taht l-art u kull ilsien jistqarr lil Marija bhala Omm Alla ghal glorja t’Alla.
Fil-Manifikat tirrikonoxxi li kulma ghandha huwa ghotja minn Alla: “Il- Mulej ghamel mieghi hwejjeg kbar, u qaddis hu l-isem Tieghu”. F’kant 33 tal- Paradiso, Dante jitkellem fuq Marija bhala “ umli u ezultata aktar minn kull kreatura ohra” . L-umilta tal-Vergni Mqaddsa bhala kreatura hija xhieda ta’ San Luigi Maria de Montfort meta stqarr li “Marija, li kienet kreatura semplici maguna bl-idejn t’ Alla, hi mqabbla mal-majesta infinita Tieghu li hu biss jista’ jghid “Jien hu dak li hu”.
Papa Frangisku jghid li Marija qatt ma fittxet titoli. L-aqwa titolu ghal Vergni Mqaddsa huwa dak ta’ Omm, li naghrfuha bhala Ommna, ghax fuq kollox huwa dan it-titolu li rceviet minghand binha Gesu minn fuq is-salib….. ……titoli, li fil-faqar u l-injuranza tal-bniedem jispiccaw jintuzaw biex jiddisprezzaw lill-istess Omm Alla!
Ahna nistghu nirreparaw ghal dawn in-nuqasijiet ta’ uhud billi niddedikaw is-Sibtijiet lilha. Din l-uzanza antika gejja sa’ mit-tmien seklu u hi attribwita lil Patri Alcuin, Benedittin, li kien konsulent qrib Charlemagne, li kiteb uffizzi votivi ghal kull gurnata tal-gimgha u zewg uffizzi specjali ghas-sibtijiet ad unur il-Vergni Marija.
Izda ghaliex is-Sibt u mhux gurnata ohra fost il-gimgha? Skond San Tumas t’Aquino din l-ghazla ghandha x’taqsam mar-Rezurezzjoni ta’ Kristu, li grat il-Hadd, li kienet akkumpanjata bil-fidi qawwija tal-Vergni Marija tul il-gurnata ta’ qabel. Ohrajn jghidu li la l-Hadd huwa ddedikat lil Gesu, huwa logiku li l-gurnata ta’ qabel, jigifieri s-Sibt, tkun dedikata lil Marija.
Huma x’inhuma l-origini, din id-devozzjoni Marjana tas-Sibt giet ikkonfermata matul ir-revelazzjonijiet tal-Madonna gewwa Fatima lil Suor Lucia meta dehritilha fl-10 ta Dicembru, 1925 fil-Kunvent ta’ Pontevedra gewwa Spanja. Matul din ir-revelazjoni privata, li grat sewwa sew tmien snin wara d-dehriet gewwa Fatima, Marija talbet li tigi stabbilita d-devozzjoni ta’ l-ewwel hames sibtijiet konsekuttivi b’reparazzjoni ghall-offizi li jsieru kontra l-Qalb Immakulata.
Nitolbuha l-Madonna biex tipprotegina u zzommna dejjem taht il-mant taghha.
Cecilia Attard ofs
0 Comments