Tberik tal-Ommijiet fit-Tqala.
1. Il-Ħadd 4 ta’ Diċembru : It-2 Ħadd tal-Avvent.
9.30am Isir it-Tberik tal-Familji li qed jistennew tarbija.
3.00pm Min hu Favur il-Ħajja żgur li ser jattendi l-Marċ li se jsir il-Belt Valletta biex l-Abort ma’ jidħolx f’pajjiżna.
Il-Parroċċa ser tipprovdi trasport ta’ Minivan għal min jikkuntattja lil Kappillan.
2. It-Tnejn 5 ta’ Diċembru : 6.30pm L-Ushers ser ikollhom Laqgħa ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan.
3. It-Tlieta 6 ta’ Diċembru : 9.30am – 11.30am L-Istudenti tal-Iskola St Benild se jżuru xi anzjani u morda fil-Parroċċa tagħna biex iferrħuhom f’dan iż-żmien tal-Milied.
6.30pm Laqgħa tal-OFS fis-Santwarju.
Kelliem huwa Peter Darmanin bis-suġġett “X’fettillek Mulej tiġi fostna!”.
Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd u tista’ tiġi segwita mill-webcam tal-Parroċċa.
4. L-Erbgħa 7 ta’ Diċembru : Il-Grupp tal-Anzjani flimkien mall-Kappillan se jżuru l-Kunvent tal-Franġiskani r-Rabat.
Ikollna Quddiesa u wara nżuru l-Wirja mill-isbaħ ta’ Presepji fil-Kunvent stess.
Minn hemm nistgħu nixtru mince pies, qagħaq tal-għasel, kokotina u mulled wine.
9.15am niltaqgħu ħdejn is-Savoy Bus Stop. Prezz €5. Ikkuntattjaw lil Emma Pisani 9903 4410 / 2134 0988 jew lil Veronica Mifsud 9925 9572 / 2133 4089.
5. Il-Ħamis 8 ta’ Diċembru : Festa tal-Immakolat Konċepiment ta’ Marija. Hija Festa Pubblika u l-Quddies ikun bħal fost il-ġimgħa.
6. Is-Sibt 10 ta’ Diċembru : 9.30am – 12.00pm It-Tfal tal-Klassi tal-Preċett se noħduhom il-Kunvent tal-Franġiskani r-Rabat għal nofs ta’ nhar Irtir. Inżuru l-Wirja tal-Presepji.
7. Il-Fondazzjoni tfakkar lil kulħadd : Fl-Iskema 1 Euro fil-ġimgħa għal Manutenzjoni tas-Santwarju. L-għajnuna tiegħek hi apprezzata ħafna.
8. Ir-Rivista ‘Flimkien’ ta’ Diċembru : Tinsab fejn il-bibien tal-Knisja.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments