Il-Mewg tal-Hajja

Kien filghodu kmieni u Gamri qam biex bhal ma kien ihobb jaghmel nhar ta’ Sibt jerhiela  bil-frejgatina tieghu iqatta’ ftit tal-hin jistad.  Kien id-delizzju favorit tieghu u ma damx ma wasal ftit  ‘il-barra mix-xatt u  reha x-xlief fil-bahar u wara ftit beda jwahhal huta wara l-ohra.   Kien qed jiehu pjecir hafna u ma ndunax li kien dar ir-rih izda wara ftit bdiet gejja xi mewga u l- frejgatina bdiet toghla u tinzel.  Ta’ bniedem ghaqli u ta’ esperjenza li kien malajr iddecieda li ahjar idabbar rasu ‘ l gewwa.   Ghalhekk dlonk refa x-xlief, qabbad il-mutur u rhielha ghall-kenn tal-bajja.   Ic-cafcifa gholiet gmielha u l-laqxa bdiet tiela  ‘l fuq u niezla ‘l isfel mal-mewg sa ma fl-ahhar Gamri irnexxielu jasal , fejn rabat il-frejgatina tajjeb mal-baga li kellu  u rhielha lejn id-dar.

U din-naqra ta’ grajja tfakkarni li ahna wkoll f’hajjietna   bhall-frejgatina ta’ Gamri daqqa nsibu ruhna ‘l fuq u daqqa nsibu ruhna ‘l isfel.  Ghaddew u ghadhom jigu fuqna mumenti sbieh fil-hajja meta ahna nkunu mimlijin bil- ferh u bl-entuzjazmu. Nghidu ahna xi twelid ta’ xi tarbija fil-familja, xi success ta’ xi hadd li hu ghaziz hafna ghalina. Imma daqqiet ohra nsibu ruhna f’ mumenti ta’ dwejjaq jew qtiegh il- qalb, mard jew xi telfa ta’ xi hadd ghaziz.   Imma hawn hu l-mument tal-prova taghna. Jekk ahna nafdaw lilna nfusna u nhallu lil Gesu’ li tant ihobbna fuq it-tmun zgur li bhal Gamri jirnexxielna nsolvu kull problema li tista’  tinqalalna u terga’ ssaltan f’qalbna il-paci u s-serenita.

Anke il-hajja spiritwali taghna tista’ tghaddi mit-tlugh u l-inzul taghha. Ta’ bnedmin dghajfa li ahna nistghu nsibu rwiehna wkoll isfel meta nizbaljaw u naqghu ghat-tentazzjoni tal- qarrieq li dejjem lest biex iwaqqaghna.   Imma f’waqtiet bhal dawn fil-hajja taghna m’ghandniex naqtghu qalbna.  Hemm isfel insibu dik l-id ta’ Dak li tant ihobbna lesta biex terfaghna u nergghu nitilghu ‘l fuq wara li nirrikorru ghas-sagrament ghaziz li hallilna Gesu’ innifsu – is-sagrament tar-rikonciljazzjoni u wara nkomplu  nsahhu ir-ruh ghaziza taghna bl-ikel tal-hajja – it-Tqarbin Imqaddes,

Ghalhekk hbieb tieghi naghmlu l-kuragg u meta nsibu ruhna maghkusin jew forsi mdejqin ma naqtghux qalbna . Nintelqu f’idejn il-Mulej u nafdaw fiH, Hu li dejjem jigri warajna b’ imhabba li ma titfissirx, nhallu f’idejH u zgur iwassalna fil-kenn tal-port. Zgur li ma jiddispjeciniex.

Insellmilkom.

Joe Debono OFS