Titbierek il-Girlanda tal-Avvent.
1. Il-Ħadd 28 ta’ Novembru : 11.00am Quddiesa bil-parteċipazzjoni ta’ Koppji li qed jiċċelebraw l-Anniversarji miż-Żwieġ tagħhom li kienu jattendu ċ-Ċentru taż-Żgħażagħ tal-Parroċċa tagħna snin ilu.
2. It-Tlieta 30 ta’ Novembru : Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja tagħna. 6.00pm Quddiesa li fiha jiġu Inċensati is-Slaleb tal-Konsagrazzjoni.
6.30pm L-OFS jorganizza Taħdita qasira pubblika fis-Santwarju minn Tony Mahoney bis-suġġett : “Dak il-mument, il-Ġenna tinżel fl-art” Kullħadd hu mistieden.
3. Il-Ħadd 5 ta’ Diċembru : ‘Bake Sale’ organizzat miż-Żgħażagħ tagħna. Ikunu fuq iz-Zuntier wara l-Quddies tat-8.00am, tad-9.30am u tal-11.00am.
4. Programm tal-Ħdud tal-Avvent fil-Quddies tad-9.30am :
L-1 Ħadd isir it-Tberik tal-Girlanda tal-Avvent.
It-2 Ħadd isir it-Tberik tat-Trabi fil-Ġuf.
It-3 Ħadd isir it-Tberik tat-Tfal.
Ir-4 Ħadd isir it-Tberik tal-Bambini tal-Milied.
• Fl-Avvent inkunu qed niġbru oġġetti tal-ikel (mhux skaduti) u tat-tindif biex fil-ġranet tal-Milied jitqassmu lil min hu fil-bżonn. Grazzi tal-ġenerożita’.
5. Il-Fondazzjoni għall-Manutenzjoni tas-Santwarju :
Tappella lil kull familja jew membri tal-Parroċċa biex joffru ta’ lanqas 1 Ewro fil-ġimgħa għax l-ispejjeż huma kbar ħafna.
M’hemmx kitba. M’hemmx formoli.
Sempliċiment wegħda ta’ għotja żgħira fil-ġimgħa.
Itfgħu d-donazzjonijiet tagħkom fil-Kaxxi tal-Fondazzjoni.
6. Il-Kummissjoni Festi : Ser torganizza Ponsietta Sale nhar is-Sibt u l-Hadd, 4 u 5 ta’ Dicembru fuq iz-zuntier tal-knisja. U prodotti biex taghmlu l-helu tal-Milied.
• Qed torganizza wkoll Dinner f’The Imperial, nhar is-Sibt 4 ta’ Dicembru fis-7.30pm. Prezz Euro 20.00. Aktar dettalji jinsabu fin-notice board tal-knisja.
7. Malta Dementia Society : Se tibda Klassijiet b’xejn għal nies bid-Dimensja u l-familji tagħhom biex jiżfnu u jagħmlu ftit eżerċizzju.
Mistiedna anke dawk fil-Wheelchair.
Jibdew fis-2 ta’ Diċembru l-Imperial Home fl-4.00pm.
Bookings ma’ Ms Anne Cuschieri fuq 99451625 jew fuq il-paġna tal-Facebook tal-Malta Dementia Society.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
Mob: 7953 7719 / 2131 3505.