Festa ta’ Missierna San Franġisk t’Assisi
1. Il-Ħadd 3 ta’ Ottubru : 9.30am Quddiesa tat-Tfal u Jingħata l-Mandat lil Katekisti. Lestejna r-Reġistrazzjoni tal-Katekiżmu :
• Min għadu ma’ rreġistrax lil uliedu ifittex li jagħmel dan mill-aktar fis.
2. It-Tnejn 4 ta’ Ottubru : Festa ta’ San Franġisk ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta.
• L-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq.
3. It-Tlieta 5 ta’ Ottubru : 7.00pm L-ewwel laqgħa tal-OFS fil-Knisja.
• Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd.
4. L-Erbgħa 6, Il-Ħamis 7 u l-Ġimgħa 8 ta’ Ottubru :
Tridu ta’ San Franġisk minn Patri Mark Ciantar ofm.
It-Tema hi mibnija fuq l-Enċiklika ‘Laudato Si’.
5. Is-Sibt 9 ta’ Ottubru : 6.30pm Quddiesa u wara nikkommemoraw it-Transitu ta’ Missierna San Franġisk.
6. Il-Ħadd 10 ta’ Ottubru : Festa ta’ Missierna San Franġisk. 9.30am Isir it-Tberik tal-Pets fil-Knisja.
L-Annimali jitbierku fuq iz-Zuntier wara l-Quddiesa.
7. Kompetizzjoni tat-Tpinġija għat-Tfal :
Bit-tema “San Franġisk u l-Ambjent”.
Tfal bejn 5 u 9 snin. U bejn 10 u 14 il-sena.
It-Tpinġija tkun fuq Karta A4.
Jaslu għandna sal-Ħadd 3 t’Ottubru.
Iktbu fuqha l-Isem, il-Kunjom u l-Eta’.
8. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali :
“Il-Ħbieb tas-Santwarju” bi pjaċir tħabbar li l-Provinċjal Patri Twanny Chircop ofm aċċetta n-Nomina ta’ President Onorarju tal-Għaqda.
9. L-Għaqda tilqa’ bi pjaċir applikazzjonijiet ta’ sħubija :
Dawn jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kappillan jew minn fuq il-mejda fejn l-artal tal-Qalb ta’ Ġesu’ fis-Santwarju.
Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita’.
10. Premju Ġieħ tas-Sliema 2021 : Mill-Kunsill Lokali Tas-Sliema se jingħata l-Ġimgħa 22 ta’ Ottubru fl-Imperial fi Triq Rudolfu. Tirċievu l-Formoli d-dar jew tiġbruhom mill-Kunsill tas-Sliema, mill-Parroċċa jew ‘online’. Tibgħatuhom sal-Ġimgħa 1 ta’ Ottubru.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
Mob: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments