X-XORTI KELLHOM DAWK IN-NISA LI LTAQGĦU MIEGĦU !!


QED NARA L-KNISJA IPPAKKJATA BIN-NIES AVOLJA KIEN IPPROJBIT DIN IS-SENA 2020 MINĦABBA L-PANDEMIJA!

Qed nara knejjes domestiċi ippakkjati bin-nies jiċċelebraw l-Għid!
L-Ispirtu nebbaħ lil xi ħadd jiktebilna dan il-Messaġġ li jgħid :

“ F’dan l-Għid m’Aħnix ġejjin il-Knisja……. IMMA Xejn mhu se Jifridna minn Alla! ”.
U kkwotaw is-Salm 139: 7-11
“Fejn nista’ mmur ‘il bogħod mill-ispirtu tiegħek. Fejn nista’ naħrab minn quddiem wiċċek? Kieku kelli nitla’ fis-sema, hemmhekk tkun int. U kieku kelli nifrex soddti fil-qabar….. Int tkun hemmhekk. Kieku kelli nieħu ġwenħajn iż-żerniq, biex ngħammar fl-iktar baħar imbiegħed, hemmhekk ukoll idek tmexxina. U idek il-leminija taqbadni”.

“ F’dan l-Għid m’Aħnix ġejjin il-Knisja…….. Se Nibqgħu d-Dar! ”
Imma ma jfissirx li se nkunu sseparati minn Alla. – M’aħniex se ngħixu magħkom l-istorja tat-Tradiment wara li l-folla għajjtet: ‘Osanna lil Bin David’. – M’aħniex se nxejjru l-Palm jew il-friegħi taż-Żebbuġ! – M’aħniex se nieħdu sehem fit-Tlett ijiem tal-Għid. – Mhux se narawkom tieħdu s-Sagrament mit-Tabernaklu u tpoġġuħ fl-Artal tar-Repożizzjoni. – M’aħniex se nbusu s-Salib fil-Ġimgħa l-Kbira. – U lanqas mhu se nkunu hemm għal Qari twil tal-Vġili tal-Għid!
Se nassistu kollox minn fuq it-T.V. (il-Webcam). Se ngħixu kollox bil-Fidi. Randan 2020 stramb jew sempliċi!

Ġesu’ żamm kellmtu meta qalilna :
“M’inhix se nħallikom waħedkom!”
Veru li se nimmissjaw l-Ewkaristija u l-grazzji milqugħa meta nirċevuha. Imma l-Ispirtu s-Santu u l-Grazzji ta’ Alla ma jinsabux BISS fl-Ewkaristija.

Ġesu’ jinsab ukoll: – Fit-Tejatru tal-Operazzjonijiet meta t-tabib jitfa’ l-loppju jaħraq fil-vini.
– Meta nkunu qed insajru l-ikla ta’ filgħaxija biex niġbru l-familja. – Meta nqumu u meta norqdu. – Meta nduqu l-infern tal-ħajja, Jew meta niksbu l-quċċata tas-suċċess f’ħajjitna. Ġesu’ jinsab hemm ukoll!!

Ġesu’ se jkun magħna fi Djarna:
Meta nkunu qed Niċċelebraw il-Qawmien ta’ Ġesu Kristu mill-Mewt……. avolja bla quddiesa, bla knisja, bla orgni, bla mużika, bla xemgħat.

Il-Quddiesa hi sabiħa għax Tiksi bid-Deheb dak li hu ikraħ. – Hi t-Tifkira tat-Tortura u l-Qtil ta’ Alla……… Minn Saċerdoti korrotti / minn Politikanti vantaġġużi / minn Soċjeta’ aljenata !

Il-Quddiesa hi sabiħa imma Mhux Attraenti. Nippruvaw inlibbsuha bl-inċens, bil-fjuri, bil-kant. – Hija s-Sagrifiċċju tal-Iben ta’ Alla, il-Ħaruf bla ħtija, li Miet għal dnubietna.
– Hija l-Mogħdija tagħna mid-Dnub għal Grazzja.

Il-Miraklu tal-Ħelsien mid-Dnub għall-Grazzja, xorta se ngħixuh. Għax l-Ispirtu s-Santu se jxappap id-Demm tal-Ħaruf mall-koxox tal-bibien ta’ qalbna f’dan il-Għid tal-2020.

Ħaġa waħda rridu nagħmlu Aħna: Niftħulu l-Bieb ta’ Qalbna u nirċievu l-Grazzji tiegħU. Aħna ltqajna miegħU fit-Triq u qalilna: “Tibżgħu xejn…..m’inhix se nħallikom Orfni!”

F’dan l-Għid xorta se Niċċelebraw il-Qawmien tiegħU…… avolja fi Djarna !
Xorta se naraw il-Qamar Mimli : Mill-bjut, mit-twieqi, mill-galleriji !
Xorta se naraw il-Qamar Mimli :
Meta joħroġna minn dan l-Iskjavitu bħal poplu Lhudi!
Xorta se jieħu l-Mewt fuqu għalina :
Biex lilna l-Mewt ma’ tagħmlilniex ħsara !

Dan ir-Randan kien wieħed speċjali li Għallimna lezzjoni !
Kieku Kristu ma’ Qamx mill-Mewt….. Fiergħa hi l-Fidi tagħna ( qalilna San Pawl ).

Is-Santi Padri jgħidulna : Li Alla lagħab logħba max-Xitan u Rebaħlu !
U allura l-EBDA Pandemija :Mhi se tbeżżgħana lilna li nemmnu ! Ma qalilniex : Biex immorru l-Galilija u nsibuH hemmhekk !! Din hi l-Galilija. Hija kull Rokna li teżisti fid-dinja tagħna !

Kuraġġ l-Aħwa…… Kuraġġ…… Kristu Qam mill-Mewt !! Kuraġġ
Jekk Alla Hu Magħna….. min jista’ jkun kontra tagħna !!

ALLELUIA !

fr paul attard ofm

Kappillan