1. Jum il-Karita’ dan il-Weekend : Fil-Qfief nistgħu npoġġu groceries għal Istitut tal-Creche Sliema. U l-ġabra tmur għad-Djar tal-Knisja biex tgħin lil min hu fil-bżonn.

2. Katekeżi ma’ l-Adulti kull nhar ta’ Tnejn : 7.00pm fiċ-Ċentru Sant’Antnin. “It-Tagħlim hu l-għajn ta’ kull ġid” (San Ġorġ Preca). Nissaħħu fil-Fidi permezz tal-Iskrittura.

3. It-Tlieta 21 ta’ Mejju : Ħarġa mall-Parroċċa. 8.30am Tluq mis-Savoy bus stop għal Buġibba u Buffet Breakfast il-Lukanda S.Antonio. Ħin liberu f’Buġibba. Prezz: €19 kollox inkluż. Bookings ma Brian Vigar jew P.Clive Camilleri ofm.
• 7.00pm Laqgħa tal-LGBTIQ fl-uffiċċju tal-Kappillan.
• 7.00pm Taħdita tal-OFS minn Peter Darmanin bis-suġġett “Fanal għal riġlejja u Dawl għal triqati” Issir fis-Sala fejn l-Uffiċċju tal-Kappillan. Kulħadd hu mistieden.

4. L-Erbgħa 22 ta’ Mejju : Ser ikollna fostna r-Relikwa ta’ San Vincenz Ferreri O.P.
• 9.00am Quddiesa, Sagrament tal-Morda, Barka u Bews tar-Relikwa.
• 5.45pm Inkomplu bl-Erbgħat tal-Madonna.

5. Il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju, lejliet il-Festa Liturġika : Issir il-Vestizzjoni fil-Konfraternita’ tal-Madonna. Min hu interessat javviċina lir-Rettur is-Sur Tony Vidal jew lil Ms Marianne Bonaci. Il-Fratelli u l-Konsorelli ġentilment huma mitluba jħallsu l-miżata dax-xahar.

6. Is-Sibt 25 ta’ Mejju : 6.30pm Quddiesa cantata ta’ Jum il-Festa Liturġika tas-Sacro Cuor. L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa jkunu Jiem ta’ preparazzjoni.

7. Il-Ħadd 26 ta’ Mejju : 9.30am Quddiesa u nippreżentaw lit-Tfal tal-Ewwel Tqarbina.

8. It-Tlieta 28 ta’ Mejju : 10.00am Tombla b’risq il-Kunvent. Prezz €12 inkluż kollox.

9. Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju : Photo Hunt għat-Tfal u l-Adoloxxenti.
• 9.00am Quddies. 9.30am Photo Hunt. Timtela’ l-‘consent form’ tal-ġenituri. Għal aktar informazzjoni rrikorru għand is-Sur Tony Terribile jew l-Abbatini.

10. Kummissjoni Festa tavża :
• Il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju : BBQ l-Kunvent fl-okkazjoni tal-Festa Liturġika. Bookings għand Brian Vigar. Prezz €15 li jinkludi l-ikel u x-xorb. Tfal taħt it-12 il-sena b’xejn.
• F’Ġunju ser isir Bazaar b’risq il-Festa. Min għandu xi affarijiet jista’ jċempel fuq in-numru li hemm fin-Notice Board.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.