Talba ta’ San Fraġisk – Tifħir lil Alla l-Għoli
Int qaddis, Mulej Alla wieħed,
li tagħmel ħwejjeġ tal-għaġeb,
Int qawwi, Int kbir, Int l-Aktar Għoli,
Int is-Sultan li tista’ kollox,
Int Missier Qaddis, Sultan tas-sema u l-art,
Int, wieħed-u- tlieta, Mulej Alla fuq l-allat,
Int it-tjieba, kull tjieba, fuq kull tjieba,
Mulej Alla ħaj u veru.
Int imħabba, int għerf, int umiltà,
Int sabar, Int sbuħija, Int ġwejjed.
Int kenn, Int sliem, Int hena u ferħ,
Int tama tagħna, Int ġustizzja.
Int il-qies, Int l-għana kollu tagħna.
Int ġmiel, Int ġwejjed. Int li tħarisna.
Int li tgħasses fuqna u tidħol għalina,
Int qawwa, Int serħan.
Int it-tama tagħna, Int il-fidi tagħna
Int l-imħabba tagħna,
Int il-ħlewwa kollha tagħna,
Int il-ħajja bla tmiem tagħna, kbir u tal-għaġeb, Mulej Alla li tista’ kollox,
Feddej tal-ħniena.
0 Comments