Għalfejn nagħtu t-tort lil Alla għall-ħażen li hawn fid-dinja? Huwa l-bniedem li qed jikkawża kollox. Jekk naraw il-gwerer, bla dubju huwa l-bniedem li qed jikkawżahom. Il-mard qed jiġi kkawżat mill-affarijiet li nieklu. L-istress minħabba l-ħajja mgħaġla f’dinja materjali. Il-faqar ma jeżistix kieku s-sinjuri jagħtu lill-fqar. Il-mewt daħlet fid-dinja kawża tad-dnub. Nistgħu nibqgħu nsemmu u nibqgħu nduru mal-istess ħaġa. Il-bniedem ħassar id-dinja. Il-bniedem, minnu nnifsu, ma jagħżilx it-toroq t’Alla, huwa biss bil-grazzja tiegħu li l-magħżulin tiegħu jitqaddsu għalih sakemm jilħqu l-perfezzjoni fil-ġenna.
0 Comments