Illum fit-3.30pm ser issir l-Isports’ Day tal-Parroċċa f’Villa Schinas, Triq Rudolfu. Kulhadd huwa mistieden.
It-Tlieta: Festa ta’ S. Baskal Baylon. Fil-5.30pm Adorazzjoni u fis-6.30pm Quddiesa bi ħsieb. Il-membri tal-Fratellanza tas-Sagrament huma mħeġġa biex jattendu. Fis-7.15pm tingħad it-talba tar-Rużarju fit-Triq Moroni. Jitkomplew t-tberik u ż-żjarjat tal-familji fi Triq Viani.
L-Erbgħa: Fit-8.30 am nitilqu għall-pellegrinaġġ tal-Ġublew fis-Santwarju tal-Mellieha mis-Savoy Bus Stop. Biljetti jinkisbu mingħand Simianas’ u Simlers’ Confectionery. Filgħaxija jitkomplew l-Erbgħat tal-Madonna ta’ qabel il-festa. Fis-6.30 pm Quddiesa bi ħsieb u wara Barka Sagramentali. Dak in-nhar l-Uffiċċju Parrokkjali ma jiftaħx.
Il-Ġimgħa: Fis-7.00pm ser issir il-prova tal-quddiesa tal-Ewwel Tqarbina.
Il-Ħadd (22) li ġej fil-Quddiesa tad-9.30am, 8 tfal ser jgħamlu l-Ewwel Tqarbina.
Nhar it-Tnejn il-Kunsill Lokali fis-6.00 pm ser jorganizza l-Laqgħa Ġenerali fl-Hotel Imperial.
…………………………….
Attivitajiet tal-festa
Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġejjin fis-Sala Padova ser jsir sale ta’ ħwejjeġ ġodda bejn t-8am u t-8pm. Kollox bl-irħis. Nhar il-Ġimgha 27 ta’ Mejju ser isir barbeque ġewwa l-bitħa tal-kunvent. Ħin 8.30pm u prezz €12, li jinkludi l-ikel, ix-xorb u l-inbid. Tfal taħt it-12 sena b’xejn. Booking mingħand Brian Vigar.
…………………………….
Marisann Abela u Maurice Cefai twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
0 Comments